Sunday, March 22, 2026

“Għadna Prim Ministru li m’għabbiex piżijiet fuq in-nies,”

- Alex Agius Saliba

Aqra wkoll

Waqt attività politika organizzata mill-Partit Laburista, id-Deputat Mexxej Alex Agius Saliba qal li għalkemm hu nkwetanti dak li qiegħed jiġri madwarna, f’pajjiżna ninsabu sereni għax għadna Prim Ministru li m’għabbiex piżijiet fuq in-nies.

Il-kelliem irrefera għal Ċipru li sal-lum għadu qiegħed iżomm bażijiet militari ta’ pajjiżi terzi u dan juri d-differenza li kien seħħ f’pajjiżna snin ilu meta l-bażijiet militari kollha kienu ngħalqu.

Hawn Agius Saliba semma’ lill-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sànchez, li wkoll tkellem favur il-paċi. Dan jingħaqad mal-mod li bih pajjiżna baqa’ jservi bħala punt ta’ paċi f’kull fora internazzjonali li pajjiżna jipparteċipa fiha.

Agius Saliba tkellem kif minflok l-investiment militari, il-Partit Laburista dejjem ħadem biex jinvesti fin-nies u l-ħtiġijiet tagħhom. Eżempju ta’ dan huwa kif il-Gvern Malti, minflok huwa ffokkat biex jibqa’ jżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport