Sunday, October 26, 2025

“Għadni ma spiċċajtx”… Kamala Harris tgħid li tista’ terġa’ tikkontesta għall-president

Aqra wkoll

F’intervista illi saritilha mill-BBC, Kamala Harris qalet li għadha ma spiċċatx u li tinsab lesta li terġa’ tikkontesta għall-presidenza biex skontha possibilment tkun il-president tal-Istati Uniti li jmiss. 

Dan ifisser li hi se terġa’ tikkontesta għall-White House fl-2028. Midja internazzjonali rrapurtat din l-aħbar u qalet li hija mistennija tikkontesta minkejja li tinsab lura ħafna fil-voti. 

Harris insistiet li għadha ma ħaditx deċiżjoni, iżda li kienet kunfidenti li eventwalment se jkun hemm mara fil-White House u li l-karriera politika tagħha ma waqfitx hawn. 

Fl-intervista nhar il-Ħadd fi programm politiku tar-Renju Unit, Harris qalet li t-twissijiet li kienet għamlet waqt il-kampanja elettorali dwar Donald Trump li jġib ruħu bħala faxxista u awtoritarju kieinu korretti.  

Hija kkritikat lil Trump u qalet li dan tal-aħħar, skontha qed juża s-sistema tal-ġustizzja bħala arma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport