Sunday, November 24, 2024

“Għadni miftuħ għad-diskussjoni mal-PM għall-ħatra tal-Ispeaker” – Bernard Grech

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li għadu miftuħ għad-diskussjoni mal-Prim Ministru għall-ħatra tal-Ispeaker.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Grech qal: “L-id tal-ħbiberija li l-Prim Ministru u jien qed noffru għandha twassalna għall-ftehim sa minn din l-ewwel opportunità.”

Huwa żied jgħid: “Nappella lill-Prim Ministru biex flimkien insibu soluzzjoni biex tkun rispettata l-imparzjalità f’din l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna biex nevitaw li tirrepeti ruħha s-sitwazzjoni li kellna fil-leġislatura li għaddiet.”

Sport