Friday, June 27, 2025

‘Għadni sa issa ma nistax nemmen li wara sena biss fil-qasam tal-futsal ksibt żewġ unuri personali’ – Leanne Micallef

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futsal?

Din is-sena kont qiegħda fl-aħħar sena tal-karriera tiegħi fil-futbol wara 21 sena esperjenza fil-qasam lokali. Peressli fil-futbol kont nagħmel parti minn Lija FC, u l-kowċ Jackie Abdilla qiegħda affiljata mal-klabb, staqsietni nixtieqx immur nipprova, u mort biex nieħu wkoll opportunità u esperjenza differenti. Maż-żmien bdejt napprezza l-intensità u t-teknika li huwa meħtieġ fil-logħba tal-futsal u sibtni dejjem bil-għatx biex inkompli nikber u nitgħallem il-logħba.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek mat-tim tan-nisa ta’ Lija Futsal.

Kien staġun li fih tgħallimt ħafna; kemm fuq  qasam atletiku, kif ukoll fuq livell personali. Kull ambjent iġib miegħu sfidi u opportunitajiet differenti, u mill-esperjenza tiegħi ta’ din is-sena se nkun qiegħda nieħu miegħi dawk l-esperjenzi li dejjem jgħinuni nikber, kemm bħala plejer u anke bħala persuna.

X’tikkummenta fuq il-fatt li għadek kemm irbaħt l-unur tal-Aqwa Plejer tas-Sena 2025 u anke dak tal-Aqwa Skorer fil-Kampjonat tan-Nisa tal-Futsal?

Għadni sa issa ma nistax nemmen li wara sena biss fil-qasam tal-futsal ksibt żewġ unuri personali. Fin-nominazzjoni għall-aqwa plejer Malti, kont innominata ma’ żewg plejers fejn ukoll ikkontribixxew ħafna matul l-istaġun u nemmen li kollha kemm aħna ħaqqna nkunu rebbieħa u għandna nkunu kburin għall-prestazzjonijiet individwali. Ovvjament ninsab grata lejn dawk li raw il-potenzjal fija, li ħaqqni dan l-unur, u li l-isforzi tiegħi ġew rikonoxxuti. Huwa dejjem ta’ motivazzjoni biex inkompli naħdem u nikber fl-isport.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tiegħek, Lija Athletic, matul l-aħħar staġun, fejn rebħu wkoll il-Kampjonat?

Ma nistax ngħid li mill-esperjenza tiegħi kien staġun faċli. Bħala Lija Athletic FC, ikkompetejna wkoll fil-finali tas-Super Cup kontra Swieqi u anke bqajna telgħin sal-finali tan-Knockout kontra t-tim Zero Sei. Kellna d-diżappunt li tlifna żewġ finali. Però nemmen li wara dawn l-esperjenzi, fit-tim dehret ċertu dixxiplina u  dedikazzjoni lejn ix-xewqa li nirbħu l-kampjonat. Kull logħba kienet sfida, iżda nemmen li kull individwu fit-tim kemm bħala kumitat, kowċ u anke bħala plejers, taw l-almu kollu tagħhom sabiex noħorġu rebbieħa tal-kampjonat.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Jackie Abdilla?
Il-kowċ Jackie Abdilla iġġib magħha ċerta passjoni u dedikazzjoni lejn il-logħba tal-futsal. Taħdem ħafna anke minn wara l-kwinti biex tassigura ċertu struttura anke fit-taħriġ qabel il-logħob. Bħal kull kowċ, Jackie  għandha l-viżjoni u l-metodi tagħha, fejn dawn ġabithom realtà waqt il-kampjonat.

Kif tqis il-livell tal-futsal tan-nisa f’pajjiżna fil-preżent?
Nemmen li bħala livell hemm potenzjal tajjeb, però nemmen ukoll li għadu fil-bidu tiegħu u hemm spazju kbir fejn jista’ jikber. Il-fatt li naraw ħafna plejers li minn futbol qegħdin jaqilbu għal-futsal iġġib magħha sfidi peress li bħala teknika u ritmu tal-logħba huma differenti. Din hija sfida li ltqajt magħha jien personalment matul il-kampjonat, fejn l-istaġun li ġej se nkun qiegħda naħdem biex intejjeb it-teknika tal-futsal. Però, hemm bażi b’saħħitha li tagħtina s-saħħa li nkomplu nikbru, u nittama li ’l quddiem anke jiżdiedu t-timijiet.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Ir-riżorsi kienu limitati sfortunatament. It-taħriġ isir darba fil-gimgħa u jibda fid-9:30pm, minħabba n-nuqqasijiet ta’ faċilitajiet preżenti. Mhux dejjem kienet faċli wara ġurnata xogħol u impenji oħra biex nattendi. Il-logħob kien jibda tard. Minħabba dawn ir-raġunijiet, nemmen li hemm bżonn ta’ aktar investiment fil-faċilitajiet u anke fl-organizzazzjoni sabiex il-futsal tan-nisa jkompli jikber u jingħata l-istess opportunitajiet bħall-irġiel. Madankollu, ħafna timijiet, flimkien mat-tim ta Lija Athletic, qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħmlu l-aħjar b’dak li hemm preżenti.

Kif tqis il-mentalità tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?

Il-mentalità tal-isport f’pajjiżna qed tiżviluppa gradwalment. Qed naraw aktar għarfien dwar l-importanza tal-isport mhux biss bħala kompetizzjoni, imma wkoll bħala mezz għas-saħħa mentali u fiżika, kif ukoll għall-iżvilupp personali. Madankollu, għad hemm spazju għal titjib; speċjalment fil-promozzjoni tal-isport, l-appoġġ lill-atleti, u r-rikonoxximent tal-isport femminili. B’mod ġenerali, qiegħed isir ħafna xogħol tajjeb minn ħafna nies, imma hemm bżonn ta’ aktar investiment u viżjoni fit-tul biex l-isport jikseb il-valur li jistħoqqlu.Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futsal?
Inħares lejn il-futur b’ottimiżmu u impenn. Nixtieq inkompli nikber bħala plejer, nikkontribwixxi

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport