“Fiduċjuż u nemmen li dħalt għal din il-kariga mhux biss biex ikollna Kap tal-Oppożizzjoni tal-partit imma sabiex ikollna Prim Ministru tal-futur. Però ħbieb tiegħi biex ikollna Prim Ministru tal-futur irid ikollna partit magħqud u jien il-wegħda tiegħi hi illi se ninvolvi lil kulħadd”
Dan iddikjarah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fl-ewwel diskors tiegħu fl-għeluq tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Borg beda biiex irringrazzja lil dawk kollha li tawh is-sappport matul din il-kampanja elettorali, fejn fiha qal li kien hemm mumenti ta’ daħk u biki li wasslu u se jkomplu jwasslu għal partit rebbieħ.
Dwar id-deċiżjoni biex jikkontesta, Borg qal li din ma kinitx faċli xejn imma iddeċieda li jgħid iva għax ħass li dak kien il-mument tal-Partit Nazzjonlista sabiex ikompli jissaħħaħ.
Irrimarka li l-islogan li uża kien li dan huwa l-mument. Dwar dan, huwa qal ukoll; “Dan hu l-mument tagħna ħbieb tiegħi. Dan hu l-mument ta’ Malta u Għawdex tagħna. Dan hu l-mument tal-Partit Nazzjzonlista, mument għal min irid futur aħjar għal pajjiżna”
Matul id-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal ukoll; “Mhux qed ngħid hekk għax ilna 12 -il sena fl-Oppożizzjoni għax issa qisu jmiss iż-żmien tagħna. Qed ngħid hekk għax il-poplu qed isejjħilna, għatxan u jrid ikollu tama. Aħna se ntukom Partit Nazzjonlista għal Maltin u l-Għawdxin kollha”.
Enfasizza li l-wegħda tiegħu tul din il-kampanja kienet propju illi flimkien ma’ sħabu l-kandidati, se jagħmel ħiltu biex jibni partit inklussiv, għal kull min irid jaħdem għal Malta u qal li l-bieb tad-dar ċentrali dejjem miftuħ għal min hu lest li jaħdem.
Dwar il-kandidat oppost tiegħu Adrian Delia, Borg qal; “Ser insaħħaħ u ngħaqqad il-partit flimkien mal-grupp parlamentari kollu. Il-wegħda tiegħi hi li se nkun qed naħdem spalla ma’ spalla ma’ Adrian Delia”
Tenna billi għamel referenza għall-Partit Laburista u qal li skontu l-ikbar biżgħa tal-Partit Laburista hija propju illi jingħaqad il-Partit Nazzjonalista.