Friday, November 22, 2024

Għadu kmieni biex niċċelebraw – il-Prim Ministru tal-Iżlanda

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Prim Ministru tal-Iżlanda, Katrín Jakobsdóttir tkellmet f’intervista dwar is-suċċess ta’ pajjiżha biex iżomm taħt kontroll l-imxija tal-Coronavirus. 

Hi spjegat li hi stess marret tagħmel swab test, wara li saret taf li tifel fil-klassi ta’ binha kellu l-Coronavirus. Qalet li baqgħet id-dar sakemm kellha r-riżultati kollha li ma kellhiex l-infezzjoni. Dan kien il-parir li ngħatalha mix-xjentisti, liema parir ġie implimentat b’mod rigoruż fl-Iżlanda kollha, li għandha popolazzjoni ta’ 364,000 persuna. 

L-Iżlanda kienet l-uniku pajjiż fejn saru dawk l-ammonti kbar u b’mod estensiv ta’ testijiet għall-COVID-19. Fil-fatt, mat-12% tal-popolazzjoni ġiet ittestjata, meta mqabbel ma’ biss 2% li ġew ittestjati fil-Ġermanja. 

Biex dan seta’ jkun possibbli, il-Gvern ħadem mal-kumpanija deCode genetics li għamlet ħafna mit-testijiet. 

Mistoqsija dwar il-fatt li saru daqstant testijiet u kien hemm biss 10 imwiet bil-Coronavirus, Jakobsdóttir qalet li s-saħħa pubblika kienet prijorità tal-Gvern tal-Iżlanda. Spjegat li bħala pajjiż żgħir, huma kellhom iċ-ċans li jaħdmu aktar malajr u allura bdew jagħmlu t-testijiet fuq skala kbira wara li ngħataw din ir-rakkomandazzjoni mill-kap tal-epidemoloġija u d-direttur tas-saħħa. 

Peress li pajjiż żgħir setgħu jagħmlu t-testijiet fuq skala kbira wara li ngħataw din ir-rakkomandazzjoni mill-kap tal-epidemoloġija u d-direttur tas-saħħa. 

Rigward din il-kumpanija li qiegħda tassisti l-Gvern u dwar jekk hemmx tħassib minħabba l-informazzjoni personali tan-nies, il-Prim Ministru qalet li saru diskussjonijiet dwar dan, iżda żgurat li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż qed jagħmlu superviżjoni stretta ta’ dak li qed jiġri. 

Barra minn hekk, semmiet li ġiet introdotta l-applikazzjoni tal-contact tracing, għalkemm l-użu hu wieħed volontarju. Anke f’dan il-każ, dak li qed jiġri fl-applikazzjoni qed jiġri sorveljat mill-istituzzjonijiet. Spjegat ukoll li fil-proċess ta’ din l-applikazzjoni saru jafu minn fejn ġew infettati 93% tal-persuni infettati. 

Permezz ta’ din l-applikazzjoni fuq il-mobile saru jafu minn fejn ġew infettati 93% tal-persuni infettati.

Mistoqsija dwar il-pjan li jiġu llaxkati r-restrizzjonijiet mill-4 ta’ Mejju, Jakobsdóttir qalet li għadu kmieni biex niċċelebraw. Spjegat li l-pixxini u l-postijiet pubbliċi se jibqgħu magħluqin. Madankollu, qalet li qed jaraw li l-epidemija qiegħda tnaqqas fir-rata ta’ kemm tinfirex u għalhekk se jibdew jippermettu li n-nies jiltaqgħu fi gruppi ta’ mhux aktar minn 50 persuna. Barra hekk, qalet li l-iskejjel u l-universitajiet se jerġgħu jiftħu. 

Rigward it-tfal tagħha, hi qalet li dawn qed imorru l-iskola għalkemm għal sagħtejn kuljum. Fil-każ ta’ kindergarten u skejjel primarji, qed jitħallew 20 student fi klassi u se jibqa’ jsir hemm għall-benefiċċju tal-ġenituri u anke tat-tfal. 

Sport