Sunday, November 3, 2024

Għadu mhux magħruf meta N’Golo Kante mistenni jirkupra mill-injury

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Chelsea, Graham Potter, żvela li bħalissa m’hemm l-ebda data ta’ ritorn għal N’Golo Kante minn injury fil-hamstring wara li l-midfielder ta’ Chelsea sofra daqqa ta’ ħarta fit-taħriġ.

Kante ilu barra mill-azzjoni minn meta sofra l-injury matul l-aħħar stadji tad-draw ta’ 2-2 kontra Tottenham Hotspur fl-14 ta’ Awwissu li għadda.

Inizjalment il-plejer internazzjonali Franċiz kien mistenni jirritorna wara l-waqfa internazzjonali, u deher fit-triq it-tajba biex jilħaq dak l-għan meta deher fil-grawnd tat-taħriġ qabel it-tkomplija tal-azzjoni fl-1 ta’ Ottubru.

Sport