Sunday, October 27, 2024

Għajnuna lin-negozji sabiex iwettqu l-proġetti tagħhom

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta ħabbar it-tnedija tal-BOV JAIME Financing Package hekk kif qed ikompli jagħraf l-importanza ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għall-ekonomija lokali filwaqt li jappoġġjahom sabiex jgħelbu l-isfidi maħluqa mill-pandemija COVID-19.

“L-SMEs għaddew minn bidliet kbar f’xenarju ekonomiku dinamiku partikolarment matul iż-żminijiet ta’ sfida tal-pandemija” qal Albert Frendo, Chief Business Banking Officer fil-Bank of Valletta. Il- BOV JAIME Financing Package issa qed jiġi aġġornat b’diversi benefiċċji ta’ valur li jistgħu jgħinu lin-negozji lokali jieħdu l-qabża strateġika tant meħtieġa. “B’dan it-titjib tal-prodott qed noħolqu opportunità għall-SMEs biex iwettqu l-proġetti ta’ investiment tagħhom.”

Il-BOV JAIME Financing Package huwa prodott ta’ finanzjament li jista’ jassisti lill-SMEs biex jiksbu investiment kapitali u kapital tax-xogħol b’obbligi kollaterali mnaqqsa, flimkien ma’ diversi benefiċċji bħal ammont massimu ta’ self ta’ €500,000, terminu massimu ta’ 12-il sena u rata ta’ imgħax ta’ 3%.

Din is-soluzzjoni ta’ finanzjament tista’ tgħin lin-negozju tiegħek sabiex itejjeb il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet tiegħek permezz ta’ investiment kapitali u kapital tax-xogħol, biex tinvesti fir-riċerka u fl-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda u biex tespandi l-operazzjonijiet lokali tiegħek permezz tal-esportazzjoni.

Il-BOV JAIME Financing Package huwa appoġġjat mill-Gvern Malti permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) u huwa disponibbli għall-SMEs li joperaw f’diversi setturi tal-ekonomija lokali. 

“Fil-Bank of Valletta nemmnu li l-SMEs huma l-qalba tal-ekonomija tagħna, li juru sors ewlieni ta’ ħiliet intraprenditorjali, innovazzjoni u impjieg. Bis-soluzzjonijiet ta’ finanzjament adattati, dawn l-entitajiet għandhom il-kapaċità li mhux biss jkampaw għal dawn l-isfidi bla preċedent iżda wkoll li jikbru u jespandu l-livelli tagħhom fl-ekonomija ta’ wara l-COVID-19” temm jgħid is-Sur Frendo.

Għal aktar informazzjoni dwar il-BOV JAIME Financing Package, il-klijenti jistgħu jikkuntattjaw lill-BOV SME Finance Unit billi jċemplu fuq 2275 7607, billi jibagħtu email fuq [email protected] jew billi jżuru l-Fergħa / Business Centre tal-BOV preferuta tagħhom. Aktar dettalji dwar il- BOV JAIME Financing Package huma disponibbli fuq https://www.bov.com/content/bov-jaime-financing-package-page .

Sport