Wednesday, December 25, 2024

Għajnuna Umanitarja mar-Refuġjati Ukreni

Aqra wkoll

Jekk qatt kien hawn kompetizzjoni fejn jirbaħ kulħadd jew pika fejn ma jitlef ħadd, żgur li l-għoti ta’ għajnuna fil-waqt tal-bżonn hu wieħed minnhom.

Dan il-ħsieb ġiegħel lid-Dipartiment tad-Dwana jagħmel appell lill-operaturi ekonomiċi, li magħhom għandu kuntatt kawża tan-natura tax-xogħol tagħhom biex, f’dan iż-żmien prekarju li għaddej minnu l-poplu Ukren, joffru oġġetti li huma jimpurtaw għar-refuġjati li ħarbu minn pajjijżhom b’ta’ fuqhom senduqhom.

Ir-reazzjoni tal-importaturi kienet tassew inkoraġġanti, bid-Dwana tirċievi oġġetti essenzjali għall-użu ta’ kuljum tan-nisa, irġiel, żgħażagħ u tfal, żgħar u kbar. L-oġġetti qegħdin jitpoġġew fl-intrata tad-Dipartiment tad-Dwana, Lascaris Wharf, il-Belt Valletta.

Sadanittant, min isib diffikultà fir-rigward ta’ ġarr, id-Dipartiment jista’ jagħmel arranġamenti neċessarji għall-ġbir ta’ oġġetti minn fejn ikun mitlub.

B’dan il-mod, ukoll, ma jżomm xejn lill-entitajiet oħra li jieħdu spunt minn din l-inizjattiva altruista, bil-kunċett li l-kuntentezza ta’ min jagħti hija d-doppju tas-sodisfazzjon ta’ min jirċievi.

Ekonomija

Sport