Wednesday, December 25, 2024

Għajnuna umanitarja  tibda tasal fil-belt ta’ Mariupol fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru tal-Ukrajna, Iryna Vereshchuck qalet li konvoj kbir ta’ karozzi tal-linja telqu lejn il-belt port ta’ Mariupol biex iwasslu l-għajnuna umaritarja u joħorġu liċ-ċittadini li jinsabu maqbuda f’din il-belt assedjata. 

Hija qalet li b’kollox hemm 45 vettura li ntbagħtu wara li l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar ikkonferma li r-Russja fetħet kuritur sigur ġewwa din il-belt. 

Iktar kmieni din il-ġimgħa, is-Sindku ta’ dan il-belt kien qal li b’kollox hemm 170,000 resident li għadhom maqbudin ġewwa Mariupol u dawn m’għandhomx provvista ta’ elettriku filwaqt li l-provvisti tal-ikel qegħdin kulma jmur jonqsu.

Ekonomija

Sport