Thursday, November 20, 2025

Għal darb’oħra, il-PN għażel il-populiżmu u l-partiġjaniżmu fuq l-interess nazzjonali

- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

L-investiment fit-trasport tal-massa huwa investiment ta’ darba f’seklu ta’ pajjiż. Il-Ministru Chris Bonett riċentament spjega kif bħalissa għaddejjin studji dettaljati tat-trasport tal-massa li jinkludi l-baħar, tal-linja u anke l-metro. Proġett ħolistiku li se jbiddel il-mudell ta’ mobilità għal pajjiżna u l-aktar darba li qegħdin viċin biex isir realtà.

Għall-kuntrarju, l-Oppożizzjoni komdi jikkritikaw bla ma joffru ebda soluzzjoni tanġibbli. Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni propona li ssir trackless tram, spiċċa jreġġa’ lura kliemu stess għax ma kienx jaf kif se jwettaq il-pjan.

Fejn jidħlu l-akbar proġetti u l-akbar investimenti fil-pajjiż, it-track record ta’ dan il-Gvern jitkellem waħdu. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista oppona proġetti kbar bħall-Imsida Creek, baqa’ gallarija fuq l-investiment fit-trasport bil-baħar u ma ħareġ l-ebda pjan ta’ twettiq għas-sistema tat-trasport ta’ pajjiżna, Gvern Laburista għandu responsabilità akbar biex jimplimenta pjan ħolistiku li se jkun game changer għal pajjiżna.

Meta niġu għall-akbar proġetti tal-pajjiż, Gvern Laburista la qatt beża’ jwettaq dak li jwiegħed u lanqas se jieqaf jirriforma biex pajjiżna jilħaq il-livell li jmiss.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport