Għal darb’oħra l-Ewroparlamentari Peter Agius reġa’ nqabad jigdeb u dan wara li mar fil-Parlament Ewropew jivvinta li qed jiġi ppumpjat id-drenaġġ fil-baħar f’Għawdex. Wara li ftaħar li tella’ filmat fil-Parlament Ewropew, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħarġet filmat meħud minn għaddasa professjonjali li wrew li dak li qal Peter Agius kien biss gidba.
Il-Partit Laburista jikkundanna dan l-aġir ta’ min suppost qed jirrappreżenta lill-Maltin fl-istituzzjonjiet Ewropej u jistaqsi jekk il-Partit Nazzjonalista jikkundannax il-qerq u l-gideb ta’ Peter Agius.
Il-Partit Laburista jtenni li l-ewwel interess tiegħu jibqa’ dak tal-Maltin u l-interess nazzjonali.

