Saturday, November 30, 2024

“Għal disa’ snin l-Enemalta operat bi ksur tar-regoli tal-Unjoni Ewropea” – Il-Ministru Michael Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma, Michael Farrugia waqt li tkellem dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, qal li “l-Enemalta qabel is-sena 2013 kienet qed tidħol għal impenji li lanqas setgħet twettaqhom fosthom l-interconnector. L-Enemalta sa 2013 kuntrarju għar-regolamenti tal-enerġija, hawn Malta għal disa’ snin sħaħ bqajna b’kumpanija li kienet tagħmel ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku. Għal disa’ snin Malta kienet qed tikser ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea fl-enerġija.” Hu qal li l-Enemalta tant kienet f’sitwazzjoni prekarja li l-banek ma ridux isellfuha. 

Spjega li kif inbidel il-Gvern id-dejn tal-Enemalta naqas b’sittin fil-mija u raħsu l-kontijiet li taw €80 miljun fil-bwiet tan-nies. Tenna li l-Enemalta bdiet tixtri u tbigħ l-elettriku, minn pannelli, mill-interconnector u mill-impjanti tal-enerġija. “Ilha topera mingħajr ma tissellef mis-sena 2014. Qabel lanqas riedu jisilfuha. Illum lanqas għandna għalfejn nissellfu. Qabel waqt li l-cash flow kienet fin-negattiv illum hi fil-pożittiv. Illum il-kumpanija qed tagħmel profitt b’turn around ta’ ftit inqas minn tliet snin. Illum l-Enemalta hi ffukata fuq distribuzzjoni tal-elettriku”, sostna l-Ministru Farrugia.

Sport