Monday, November 4, 2024

“Għalfejn daqshekk ħdura meta persuna tkun qed tagħti servizz?!”

Il-Ġurnalista Joanna Camilleri b'reazzjoni għal għexieren ta' kummenti dispreġjattivi

Aqra wkoll

“Għalfejn daqshekk ħsara? Għalfejn daqshekk tgħajjir? Għalfejn daqshekk mibegħda? Għalfejn daqshekk insulti? Għalfejn kollox sar biex inkissru lil ħaddieħor? Għalfejn daqshekk ħdura meta persuna tkun qed tagħmel xogħolha tajjeb biex tagħti servizz!!”

Iddikjarat dan il-ġurnalista Joanna Camilleri filwaqt li hemżet numru ta’ screenshots ta’ kummenti dispreġjattivi fil-konfront tagħha wara parti mill-kummentarju tagħha tal-bieraħ wara r-rebħa tat-tim Ingliż.

Camilleri kompliet biex tgħid li tħossha ddispjaċuta fuq l-attakki li saru fil-konfront tagħha għal xejn b’xejn ħlief għal aġendi personali tagħhom.

“Kritika naċċettha pero ħdura le! Inħoss li missejna l-qiegħ”, tenniet tgħid.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ingħaqad mal-Għaqda Ġurnalisti Sport u wera’ solidarjetà mal-ġurnalista sportiva Joanna Camilleri li sfat vittma ta’ kummenti moqżieża u misoġinisti wara li ħadet sehem fi programm sportiv fuq TVM.

L-IĠM jikkundanna din l-imġiba, li hi intiża biss biex tintimida u tiskoraġġixxi lill-ġurnalisti,

speċjalment ġurnalisti nisa, milli jagħmlu xogħolhom.

Sport