Kienu bosta dawk li fl-aħħar ħinijiet sellmu l-memorja ta’ Therese Schembri Difesa li għadha kemm ħalliet din id-dinja.
Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm il-Ministru Roderick Galdes kif ukoll kunsillieri tal-Kunsill taż-Żurrieq. F’messaġġ li wassal il-Ministru Galdes kiteb “Tlift ħabiba, tlift persuna leali li dejjem sibtha fl-iktar mumenti ta’ bżonn. Illum irċievejt aħbar li qatt ma xtaqt li nirċievi. Grazzi Therese ta’ dak kollu li għamilt magħna u mal-familja tieghek. Strieħ fis-sliem Ther, se tibqa’ f’qalbna għal dejjem.”
Ħbieb ta’ Therese wkoll waslu diversi messaġġi fosthom “għalfejn tlaqt hekk malajr? Inħobbok għal dejjem u postkom ma jieħdu ħadd.” Oħrajn fakkru l-karattru ferrieħi tagħha u l-imħabba li dejjem uriet lejn kulħadd.