Sunday, January 11, 2026

“Għaliex aħna nidħlu dejjem biex nitilfu?”

Il-Kap tal-PN jisħaq li kemm ilu Kap ġab lura l-entużjażmu fil-Partit… Iwiegħed ukoll tama fost il-poplu jekk jitla’ fil-gvern

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, ammetta li f’dawn l-aħħar snin il-PN dejjem daħal għall-elezzjonijiet ġenerali biex jitlifhom. Iżda, insista li kemm ilu huwa jmexxi l-Oppożizzjoni, reġa’ ġab lura l-entużajżmu fil-partit tiegħu. Filwaqt li f’din is-sena Borg jaħseb li se titħabbar elezzjoni ġenerali, esprima fiduċja li se jirnexxi u li se jġib tama għal Malta aħjar fost il-poplu Malti u Għawdxi. Dan għalkemm fl-istess nifs ammetta li l-PN għad fadallu ħafna x’jagħmel fil-preparazzjoni tiegħu biex jittanta jkun gvern alternattiv.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni f’intervista li saritlu llum qal li l-ewwel biċċa xogħol li ħa ħsieb kemm ilu jmexxi l-parti hija s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Sostna li, “il-PN għandu portafoll qawwi fosthom il-każini. Ir-rwol tal-Kap Eżekuttiv huwa li nimmassimizzaw id-dħul ta’ dawn il-każini mingħajr ma nbigħuhom”. 

Imbagħad Borg semma’ wkoll ir-rwol tas-Segretarju Ġenerali tagħhom, rwol li nħoloq proprju biex kif qal Borg, “qiegħed jara li l-politika tal-PN tibqa’ relevanti għal-lum… biex kulħadd iħossu parti mill-familja tal-PN. Ftaħna l-bibien”. Dan għax kif nafu, għal snin twal elezzjoni wara oħra, il-PN tilef il-fiduċja tal-poplu u qata’ l-kuntatt man-nies.

B’ħarsa ottimista ’l quddiem, il-Kap tal-PN qal li, “issa bdejna sena ġdid fejn irridu nieħdu l-pass li jmiss u nkomplu nsaħħu l-wegħda li nistgħu nkunu Gvern alternattiv. Dan huwa proprju dak li se nagħmlu din is-sena, sena kruċjali fejn iva, il-Prim Ministru jaf iħabbar elezzjoni ġenerali u għalhekk irridu nkunu ppreparati li nerbħuha”.

Filwaqt li wiegħed serħan il-moħħ jekk jirnexxielu jitla’ fil-gvern, Borg tkellem dwar il-viżjoni li se jippreżenta l-PN, viżjoni li minn kliemhu hija min-nies għan-nies li se tieħu lil pajiżna fil-ħames, l-10 u l-15-il sena li ġejjin. Zied li, “il-fulkru se jkun fi Frar li ġej b’konvenzjoni nazzjonali li fiha se nkomplu nibnu din il-viżjoni. Barra minnhekk, din is-sena se nkomplu nsaħħu l-kandidatura tagħna fl-elezzjoni ġenerali. Inħares bil-quddiem. Din is-sena fiduċjuż li se negħlbu kull ostaklu quddiemna u nagħmlu partit rebbieħ”.

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzoni, bħal dawk li ppreċedewh, ma qadx lura biex f’kull ċans li kellu jara kif jikkritika l-Gvern Laburista, meta mistoqsi dwar is-sitt snin ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru, ammetta li kien hemm it-tajjeb. 

Hawn Alex Borg faħħar kif fiż-żmien diffiċli tal-pandemija tal-Covid-19, “minkejja d-diffikultajiet kbar anke fuq skala internazzjonali, xorta rnexxielna nimxu bħala pajjiż bl-għajnuniet li ta”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport