Saturday, December 14, 2024

Premier Ingliż: Għaliex Antonio Conte u Thomas Tuchel intwerew il-karta l-ħamra?

Aqra wkoll

Wara d-draw ta’ 2-2 bejn Chelsea u Tottenham Hotspur, iż-żewġ coaches rispettivi, Thomas Tuchel u Antonio Conte, intwerew il-karta l-ħamra wara li ġew f’argument wara t-tisfira finali.

Iżda għaliex tkeċċew?

Huma ntwerew il-karta s-safra fit-68 minuta wara li Tottenham kisbu d-draw parzjali ta’ 1-1 permezz ta’ xutt ta’ Pierre-Emile Hojbjerg. Mal-goal, Conte mar jiġri jifraħ iżda dan xejn ma niżel tajjeb mal-kontro-parti tiegħu, Tuchel, u spiċċaw jimbuttaw lil xulin … u grazzi għall-intervent f’waqtu iż-żewġ coaches twaqqfu milli jitqabdu f’xulin.

Ir-referre Anthony Taylor ma kellux għażla oħra ħlief li jurihom il-karta s-safra.

Meta Chelsea reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Reece James (77) Tuchel qam minn postu u mar jiġri jiċċelebra fid-direzzjoni ta’ Conte iżda dan tal-aħħar baqa’ b’rasu baxxuta.
Madankollu, fis-96 minuta, Harry Kane kiseb id-draw għal Spurs fejn din id-darba kien Conte li mar jiġri fid-direzzjoni ta’ Tuchel … biex ftit sekondi wara ntemmet il-partita.

Peress li l-prassi li wara tmiem il-logħba ż-żewġ coaches imorru jieħdu b’id xulxin … hemm għamlu Conte u Tuchel. Iżda filwaqt li Conte baqa’ b’rasu baxxuta, min-naħa tiegħu Tuchel żamm u ġibed id Conte biex reġgħu ġew f’argument aktar jaħraq minn dak preċedenti fejn reġa’ kien hemm il-ħtieġa li jifirduhom.

Din id-darba r-referee wera l-karta l-ħamra fid-direzzjoni tagħhom.

Wara sar magħruf li dak li ġara kien konsegwenza li Conte ma ħarisx lejn Tuchel waqt li kienu qed jieħdu b’id xulxin!!!

Ekonomija

Sport