Monday, December 23, 2024

Għaliex bosta players ta’ Juventus jinsabu mdejqin bil-coach Massimiliano Allegri?

Aqra wkoll

Wara t-telfiet ta’ 2-0 kontra Milan u Maccabi Haifa, hija ħaġa ċerta li Juventus jinsabu fi kriżi hekk kif jinsabu wkoll f’xifer l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League.

Wara dan kollu l-mistoqsija kienet jekk il-coach, Massimiliano Allegri, kienx se jitkeċċa mill-kariga tiegħu. Iżda s-sid tal-club, Andrea Agnelli, sostna li kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltá ta’ din il-kriżi u jkun inutli li jitkeċċa l-coach.

Madankollu bosta kienu dawk il-players li sostnew li m’għandhomx rapport tajjeb miegħu minħabba li huwa qatt ma jitkellem mal-players u ma jżommx kuntatt dirett.

In-nuqqas ta’ komunikazzjoni barra l-ground huwa rifless mill-‘konfużjoni ta’ logħob’ murija waqt il-partiti.

Skond rapporti, xi players ma jifhmux l-għażliet tal-line-up ta’ Allegri peress li l-coach ma jagħtix spjegazzjonijiet meta jiġu mneħħija mill-formazzjoni inizjali.

Hemm ukoll tħassib dwar metodi tat-taħriġ. Il-players ta’ Juventus jiġru ħafna waqt is-sessjonijiet ta’ taħriġ iżda jżommu intensità baxxa, li hija riflessa wkoll fil-ground.

Min-naħa l-oħra, hemm ftit affarijiet li Allegri u l-istaff tiegħu għandhom ibiddlu fl-approċċ tagħhom biex jitranġaw l-affarijiet.

U għaldaqstant hemm bosta players li xebgħu bit-tattiċi ta’ Allegri u jkun aħjar (għalihom) li jinġieb demm ġdid.

Ekonomija

Sport