Thursday, May 16, 2024

Għaliex Hu Importanti Li Tipproteġi d-Disinn Tiegħek

Aqra wkoll

Disinn tajjeb jista’ jżid il-firxa tal-prodott tiegħek fis-suq u jagħmlu aktar attraenti għal klijenti. Dan għaliex is-saħħa estetika tad-disinn tidħol f’ħafna aspetti tal-ħajja u tiġi applikata għal medda wiesgħa ta’ prodotti: mill-ippakkjar għall-kotba u rivisti, prodotti elettriċi, elettronika, ġojjellerija, oġġetti tal-ikel u tessuti.

Disinn ġdid huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiġbduna lejn prodott u fl-aħħar iwassalna biex nippreferu prodott minn ieħor. Għalhekk huwa ovvju li d-disinn huwa wieħed millaktar aspetti importanti fil-bejgħ tal-prodott, it-titjib tiegħu u ritorn importanti fuq linvestiment tiegħek.

Żvilupp ta’ disinn ġdid jeħtieġ kemm żmien kif ukoll flus u għalhekk huwa importanti li tipproteġi d-disinn sabiex ħadd ma jkun jista’ jikkupjah. Minħabba li disinn huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-assi prinċipali tan-negozju, jista’
jkabbar il-valur tal-ażjenda u anke jintuża bħala kollaterali li b’hekk jippremja l-isforz kreattiv tiegħek u jaġixxi bħala l-firma u r-rappreżentazzjoni tar-reputazzjoni tiegħek.

Ir-Reġistrazzjoni tad-disinn tagħtik, bħala s-sid, id-dritt esklussiv li tisfrutta dak id-disinn f’Malta u fl-Ewropa. Bħala s-sid ta’ disinn reġistrat għandek id-dritt li timpedixxi lil terzi persuni milli jagħmlu, ibigħu, jimportaw, jesportaw jew jużaw oġġetti li fihom id-disinn huwa inkorporat jew li għalih huwa applikat.

Meta tipproteġi d-disinn tiegħek, tkun prattikament qed tikkaraterizza u tipproteġi din linnovazzjoni tiegħek. Tista’ tissottometti applikazzjoni għall-protezzjoni tad-disinn tiegħek f’Malta fuq www.ips.gov.mt.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tipproteġi u tirreġistra d-disinn tiegħek f’Malta, żur ittaqsima tad-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali (IPRD) fuq il-websajt tad-Dipartiment talKummerċ fuq www.commerce.gov.mt jew kellem lil Business 1st.

Jekk tkun interessat li tipproteġi u tirreġistra d-disinn tiegħek fl-Unjoni Ewropea, tista’ żżur l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fuq www.euipo.europe.eu

Il-protezzjoni u r-reġistrazzjoni tad-disinn tiegħek huma fatturi importanti biex in-negozju tiegħek jirnexxi.

Sport