Monday, November 11, 2024

Għaliex il-UEFA kkastigat lil Osasuna u lil Barcelona le?

Aqra wkoll

Il-ġimgħa li għaddiet il-UEFA ħasdet lill-football Ewropew meta tat projbiz­zjoni ta’ staġun lil Osasuna għal każi ta’ kor­ruzzjoni li kienu seħħew fl-2013 u fl-2014.

Ħafna staqsew kif jista’ jkun li Los Rojillo jistgħu jiġu kkastigati daqshekk aħrax b’sospensjoni fl-ewwel kampanja Ewropea tagħ­hom fi 17-il sena, filwaqt li Barcelona, akkużati b’korruzzjoni fis-sistema tal-qorti Spanjola, għadhom mingħajr verdett dwar il-kwistjoni tagħhom.

Il-media Spanjola qed isostni li bħalissa l-UEFA qed tistudja t-tweġibiet li tawhom Barcelona, wara li bagħtu kwestjonarju lill-Blaugrana magħmul minn 70 mistoqsija dwar il-Każ Negreira.

Barra minn hekk, il-każ ta’ Barcelona għadu ma ġiex solvut fis-sistema legali Spanjola, li tkompli tikkomplika l-affarijiet. Barcelona jiċħdu kull tentattiv li nfluwenzaw il-logħbiet jew ir-referees, u għad irid ikun hemm xi prova li għamlu hekk, filwaqt li l-każ ta’ Osasuna ġie solvut f’Jannar.

L-istess media qed tgħid li mhux probabbli li se jgħaddi ħafna żmien qabel ma l- UEFA tagħti l-verdett tagħha. 

Bħal Osasuna, se jkollhom iċ-ċans jappellaw mid-deċiżjoni, u mbagħad jappellaw ukoll quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.

Id-dikjarazzjoni ta’ Osasuna dwar il-kwistjoni, li l-UEFA kienet ‘b’saħħitha mad-dgħajjef, u dgħajfa mal-qawwi’, dehret messaġġ pjuttost ġustifikat ippuntat lejn nies bħal Juventus u Barcelona, għalkemm huma każijiet differenti għal kollox, qed jiġu ttrattati b’attenzjoni, filwaqt li l-każ tagħhom malajr irriżulta f’sospensjoni.

Sport