Saturday, December 28, 2024

“Għaliex? Int kont it-tabib li erġajt tajtni ħajti” – Clint Abela Wadge

Aqra wkoll

“Imbikkem u bla kliem għat-telfa ta’ persuna tant għal qalbna Victor Calvagna. Int kont dak it-tabib li lili erġajt tajtni ħajti.” Hekk beda biex jgħid Clint Abela Wadge; stilista tax-xagħar li sellem il-memorja ta’ Victor Calvagna.

Wadge ikompli jirrakkonta dwar esperjenza personali li kellu ma’ Calvagna u jispjega li meta siefer miegħu lejn Lourdes kien ħdejh fuq l-ajruplan. Wadge jkompli li minkejja li hu marret għajnu bih, qam u sab ruġu fuq spallet Calvagna li ma tantx kellu titjira komda bih fuqu.

“Inti tant kont umli li bqajt titjira sħiħa skomdu biex ma tqajjimnix. Inti it-Tabib li bis-saħħa tiegħek hawn Puttinu u jiena bqajt insib l-għajnuna tiegħek sal-lum. Inħobbuk. Strieh fis-sliem”, ikompli Wadge.

Intant huwa temm jistqarr li għandu domanda li jaf li mhux se jingħata risposta u din hija proprju għaliex wara daqstant ġid il-kapitlu tiegħu kellu jintemm ħesrem.

Ekonomija

1 kumment

  1. Ir-risposta hi ghax il-Hallieq ghogbu jsejjahlu. Ahna mislufin f’did-dinja u Alla biss ghandhu l-kontroll. Hadd ma jaf is-siegha tieghu, tista tigi allarrieda minghajr raguni fil-bnazzi u ghalhekk irridu nkunu dejjem lesti biex niltaqghu mal-Hallieq❤️

Comments are closed.

Sport