Sunday, November 24, 2024

“Għaliex terfa’ jdejk fuqi?” – L-Arċisqof jfakkar lil dawk kollha li qed ibatu fis-skiet

Aqra wkoll

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna mexxa l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

L-Arċisqof beda l-omelija tiegħu b’silta mill-Evanġelju skont San Ġwann u staqsa lil kull wieħed u waħda minna l-istess mistoqsija li Ġesù għamel fl-aħħar sigħat ta’ ħajtu lill-qaddej tal-qassis il-kbir: “Għaliex terfa’ jdejk fuqi?” Huwa semma kif il-vjolenza u l-assassinju tal-karattru huma r-reazzjoni tagħna l-bnedmin “kontra l-profeti tal-lum li juru l-pjagi tal-umanità u li jfakkruna fir-responsabiltajiet tagħna, li jgħidulna s-sewwa”.

Mons. Arċisqof qal li Ġesù jagħmel din il-mistoqsijia f’isem il-vittmi kollha tal-inġustizzja, inkluż tal-vjolenza domestika, u f’isem il-persuni li bħalissa qed isofru f’tant postijiet tad-dinja, fosthom fl-Ukrajna, fil-Jemen u fil-Libja. “Aħna llum irridu nagħrblu l-kuxjenza tagħna, nagħrfu l-kompliċità tagħna fil-passjoni ħarxa tiegħu, u nifhmu li l-kliem ta’ maħfra li jgħid fuq is-salib u l-għatx li għandu għall-imħabba tagħna, huwa messaġġ għal kull wieħed u waħda minna.”

Sport