Sunday, December 22, 2024

“Għaliex?”… vandaliżmu fuq poster reliġjuż

Aqra wkoll

“Verament missejna l-qiegħ, jew aħjar dawn il-persuni li jaslu jagħmlu dawn l-atti verament messew il-qiegħ f’ħajjithom. X’dejjaqhom dan il-poster li int u għaddej mil-limiti ta’ Ħad-Dingli jfakkrek biex tieħu ħsieb ruħek”. Hekk beda biex jiktbilna qarrej li għaddielna ritratt ta’ dan il-poster li safa fil-mira ta’ vandaliżmu.

Din ċertament hija biss waħda mill-ħafna xeni ta’ vandaliżmu, u għalkemm kien hemm drabi fejn min inqabad jagħmel tali taħżiż jew vandaliżmu simli kellu jpatti wara filmati minn kameras tas-sigurtà, ħafna oħrajn jibqgħu jiġru u jkomplu b’tali atti.

“Għalkemm dan huwa poster reliġjuż, u hija xi ħaġa moqżieża, seta’ kien taħżiż ma’ kwalunkwe avviż ieħor, avviż jew poster jitwaħħal b’messaġġ, jekk ma jogħġbokx sempliċiment ibqa’ għaddej mhux tieqaf tirrovinah”, sostna jgħid dan il-qarrej ma’ Talk.mt.

Ekonomija

Sport