Saturday, December 21, 2024

“Għaliex żgħażugħ ta’ 16-il sena jista’ jivvota iżda mhux jikkandida ruħu?”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru jindirizza l-Parlament taż-żgħażagħ

Waqt li kien qiegħed jindirizza l-Parlament taż-Żgħażagħ, il-Prim Ministru Robert Abela qal li dawn mhumiex biss il-futur, iżda huma l-preżent u l-futur għax bil-bidliet li qegħdin jagħmlu huma llum se jkunu qegħdin jiffurmaw il-futur tal-pajjiż.

Tkellem dwar l-irwol tagħhom fit-tibdil fil-klima u miri importanti li huma skedati sal-2050 li għalkemm dak li jkun jista’ jara d-data bħala waħda wisq mbiegħda, il-ħidma tibda minn issa. Tkellem dwar il-ħidma ta’ pajjiżna biex qaleb mill-faħam għal fjuwil ieħor. Spjega li minkejja diskussjonijiet ambizzjużi li  għaddejjin fl-Ewropa, għad hemm pajjiżi li għadhom jużaw il-faħam. Tkellem dwar progress ieħor fil-qalba għal-LNG li huwa gass aktar naturali.

Tkellem ukoll dwar il-mistoqsija dwar jekk pajjiżna huwiex se jmur għat-trasport tal-massa u jekk se mmorru għalih, kif se nagħmlu dan biex ikun sostenibbli. Huwa stieden liż-żgħażagħ biex jaqbdu dawn id-diskussjonijiet u jmexxuhom ‘l quddiem.

Abela tkellem dwar il-“kontribut eċċellenti” taż-żgħażagħ fid-diskussjonijiet post Covid, u qal li l-kwistjoni tad-diġitalizzazzjoni m’hemmx għalfejn niddiskutuha għax il-pandemija kkonfermat dwar l-importanza ta’ dan il-qasam.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-emenda elettorali tal-vot 16 fost riformi oħra li jistgħu jsiru fil-futur. Staqsa jekk għall-argument id-distretti għandhomx jibqgħu kif inhuma jew jekk id-distretti għandhomx jonqsu. Punt ieħor huwa jekk Malta u Għawdex għandhomx jitqiesu bħala distrett wieħed bħall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Abela dawwar is-suġġett lura fuq il-vot 16 u staqsa x’raġuni b’saħħitha hemm li żgħażugħ li għandu dritt li jivvota ma jkollux dritt li jikkandidaw ruħhom. Tkellem dwar l-episodju ta’ sentejn ilu fejn Carlos Zarb tah il-mandat li sippost issarfu li hu jkun Viċi Sindku u minkejja li n-nies tawh il-fiduċja ma setax jokkupa din il-kariga minħabba l-età tiegħu. Abela qal li huma dawn id-diskussjonijiet li għandhom jinqabdu u jiġu ċċarati.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-użu tal-Kannabis u qal li bħala avukat ma setax jaċċetta li jara żgħażagħ li jaraw il-karriera tagħhhom tiġi rovinata minħabba ċuċata bħalma huwa joint.

Huwa temm id-diskors tiegħu bi stedina li għamel matul id-diskors kollu tiegħu u filwaqt li indirizza liż-żgħażagħ preżenti qal “Irridkom kompletament ħdejna fit-teħid tad-deċiżjonijiet”.

Ekonomija

Sport