Thursday, December 19, 2024

“Għalija hemm żewġ każi biss fejn il-qtil ta’ annimal huwa ġustifikat”

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali Alison Bezzina qalet li m’għandha l-ebda dritt twaqqaf il-kaċċa legali u dan hekk kif skont CAP439 din mhix ikkunsidrata bħala moħqrija.

Minkejja dan hija żżid tgħid li personalment hija taqbel biss dwar żewġ każi fejn il-qtil ta’ kull tip ta’ annimal huwa ġustifikat.

Dawn huma f’każ li l-annimal ikun qiegħed ibati u li jinqatel tkun l-aħjar għażla biex ma jibqax ibati u f’każ fejn il-ħajja ta’ xi ħadd tkun verament fil-periklu u ma jkunx hemm għażla oħra ħlief li jinqatel l-annimal.

“Filwaqt li xenarji oħra huma legali, f’moħħi mhumiex etiċi. Filwaqt li mhux dejjem nista’ nevitahom jew nwaqqafhom, qatt m’jien se naċċettahom”, tenniet Bezzina.

Ekonomija

Sport