Wiċċ ġdid ieħor fil-parlament se jkun dak ta’ Romilda Baldacchino Zarb eletta fl-elezzjonijiet każwali fuq il-11-il distrett.
Fl-ewwel reazzjoni tagħha ma’ dan il-ġurnal hija qalet li se tkun qiegħda tkompli taħdem bl-istess mod li ħadmet bħala Sindku tal-lokalità tal-Mosta u tara li tibqa’ dejjem viċin in-nies.
Irringrazzjat lil dawk kollha li wrewha l-fiduċja u tenniet dwar l-importanza tal-interess nazzjonali għax “Għalina l-interess tal-Poplu Malti u Għawdxi jiġi l-ewwel u qabel kollox”.