Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-bodybuilding?
Il-passjoni tiegħi għall-bodybuilding tmur lura għal meta kont għadni tifel, hekk kif dejjem kont nammira l-fiżika muskolari. Fl-età ta’ 18-il sena bdejt nattendi l-gym b’mod regolari. Ftit snin wara, iltqajt mal-mara tiegħi li b’kumbinazzjoni kienet tipprattika l-istess sport. Il-fatt li bdejna neżerċitaw flimkien tani l-appoġġ meħtieġ biex niffoka aktar fuq id-dixxiplina tiegħi. Illum, il-bodybuilding mhuwiex biss sport għalija, iżda għodda b’saħħitha li tgħinni nżomm bilanċ mentali u pożittività f ’ħajti.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa bħala atleta?
L-ewwel darba li kkompetejt kienet fl-2017 fil-kompetizzjoni The Battle, taħt
l-awspiċi tal-Federazzjoni tal-IFBB, fejn ksibt l-ewwel post fil-kategorija tiegħi. Wara din l- esperjenza, komplejt niffoka aktar biex intejjeb il-fiżika estetika tiegħi. Fl-2022, irrappreżentajt lil pajjiżi fil-Maċedonja għall-ewwel darba; hemmhekk ġejt fil- ħames post, esperjenza li minnha tgħallimt ħafna mill-iżbalji tiegħi. Fil-fatt, ġimagħtejn wara erġajt irrappreżentajt lil Malta u ksibt it-tieni post fil-klassi tiegħi.
Wara dan, xtaqt nesperjenza kompetizzjoni akbar u ħadt sehem fl-European Championships f ’Santa Susanna. Hemmhekk tikkompeti mal-aqwa atleti tad- dinja f ’livell għoli ħafna, u ksibt it-tnax-il post. Fl-2023, erġajt ħadt sehem f ’The Battle fil-kategorija ‘open class’, fejn ikkompetejt ma’ atleti ta’ kull tul u ksibt it-tieni post. Fl-istess sena, ħadt sehem ukoll fl-International Grand Prix Malta u fil-Mediterranean Championship, fejn ksibt it-tielet post.
Kif tqis il–livell tal bodybuilding f’pajjiżna fil–preżent?
Rigward il-livell tal-bodybuilding f ’pajjiżna, inħoss li għad fadal ħafna fejn naħdmu aktar. Id-differenza li nara meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra hija kbira ħafna, speċjalment meta tqis li ċerti atleti barranin jgħixu biss għal dan l-isport. Mill-banda l-oħra, l-atleti Maltin ikollhom jagħmlu sagrifiċċji kbar, peress li wieħed irid jibqa’ għaddej ukoll bix-xogħol personali tiegħu biex imantni dan
l-istil ta’ ħajja!
Kif tqis il-mentalitá tal-isport f ’pajjiżna?
Inħoss personalment li għadna lura f ’dan l-isport, peressli mhuwiex meqjus bħal sports oħra bħall-futbol; speċjalment fejn jidħol l-għoti ta’ ‘special leave’ għall-atleti. Aspett pożittiv ħafna huwa li llum il-ġurnata, il-Gvern nieda skema ta’ appoġġ għall-attività fiżika fost iż-żgħażagħ, fejn dawn jistgħu jibbenefikaw minn sitt xhur ta’ sħubija fil-gym (‘gym membership’) b’xejn. Permezz ta’ din l-inizjattiva, iż-żgħażagħ qed jingħataw l-opportunità li jibdew jattendu għal attività fiżika minn età żgħira.
U dak tar-riżorsi fejn intom l-atleti titħarrġu u jkollkom il- kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Bis-saħħa u l-ħidma kbira tal-president tal-għaqda, Ralph Decelis, u t-tim tal-IFBB Malta, din il-federazzjoni dejjem miexja ‘l quddiem. Qed jiżdiedu b’mod kostanti l-kompetizzjonijiet, bħall-Fitness Challenges kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, u dan kemm fuq livell lokali kif ukoll barra minn xtutna.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-bodybuilding?
Għall-futur tiegħi fil-bodybuilding, ix-xewqa hi li nerġa’ nikkompeti biex b’hekk dejjem nibqa’ nitgħallem u nikber f ’dan l-isport. Aktar milli għar-riżultat biss, nagħmel dan għax nemmen li jekk tibqa’ konsistenti u b’saqajk mal-art, ir-riżultat jiġi waħdu maż-żmien.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-bodybuilding.
Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi huwa li, għalkemm kull tip ta’ sport huwa sabiħ, huwa importanti li wieħed jiftakar li jrid ikun dixxiplinat u lest li jagħmel is- sagrifiċċji. Fl-isport tal-bodybuilding, is-sagrifiċċju huwa kbir, speċjalment waqt id-dieta; trid tkun ippreparat għaliha kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Fl-aħħar mill-aħħar, ħaġa importanti ħafna hija r-rispett, kemm lejn in-nies ta’ madwarek waqt il-preparazzjoni għall-kompetizzjonijiet, kif ukoll lejn l-atleti l-oħra, kemm dawk lokali kif ukoll



