Friday, May 3, 2024

“Għalkemm nemmnu fid-dritt tal-istrajk, is-sigurtà tal-poplu tibqa’ prijorità”- is-Segretarju ta-POU, Chris Ellul

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni ta’ jekk il-Pulizija għandhomx jistrajkjaw hi kwistjoni li minnha nfiha toħloq diskussjoni.

Hu fatt li l-Pulizija huma ħaddiema bħal oħrajn  imma daqstant ieħor hi importanti s-sigurtà tal-poplu. Hu fatt li bil-Pulizija imċaħħdin mid-dritt ta’ strajk, dawk li jirrappreżentaw l-interess tax-xogħol tagħhom għandhom żvantaġġ kbir fejn jidħol in-negozjar kollettiv.

Fl-aħħar snin fl-Ewropa bdew tentattivi biex il-Pulizija jkollhom dritt ta’ strajk, ovvjament dan ma jfissirx li jieqaf kull servizz. Filfatt fis-sena 2013 il-Kunsill tal-Ewropa ta deċiżjoni li permezz tagħha qies li qed jinkiser iċ-Charter bil-projbizzjoni tad-dritt ta’ strajk lil-membri tal-Pulizija. Dan f’każ li l-Konfederazzjoni Ewropea tal-Pulizija fetħet kontra l-Irlanda. 

Ma’ dan kien hemm żvilupp ieħor, dak li fil-Finlandja iddaħħal il-kunċett ta’ strajk għall-Pulizija. Quddiem dan tkelimna mas-Segretarju tal-POU, Chris Ellul li qalilna li jemmen li l-Pulizija ma jistgħux jibqgħu jiġu imċaħħdin mid-dritt ta’ strajk.

Problemi fir-reklutaġġ… qed jitilqu Pulizija aktar minn dawk li jidħlu

Is-Segretarju tal-Police Officer Union tal-GWU, Christopher Ellul qalilna li “bażikament il-problema ta’ reklutaġġ mhix problema għal hawn Malta biss. Mad-dinja kollha qed naraw li l-ġenerazzjoni ġdida qed ifittxu u jsibu xogħol b’inqas sagrifiċċju u fuq kollox b’introjtu aħjar. Nemmnu li jista’ jsir ħafna aktar minn naħa tal-awtoritajiet tagħna biex niġbdu aktar nies lejn il-Korp.

Nista’ ngħidlek li jien meta dħalt fis-sena 2007 kien hemm 125 persuna li daħlu miegħi. Din il-ġimgħa għadhom kemm daħlu fil-Korp 39 persuna, li hu ammont ferm inqas minn meta dħalt jien.  L-impatt qed jinħass. Qed jitilqu ħafna aktar Pulizija minn dawk li qed jidħlu. Bejn is-sena l-oħra u din is-sena telqu madwar 320 Pulizija u rekutaggi u l-ammont li daħlu kien ħafna inqas għax daħlu madwar 40 Pulizija. 

Mistoqsi r-raġuni għal dawn ir-riżenji mi-Korp, qalilna li “raġuni prinċipali hi dik li wara li wieħed jagħmel il-25 sena servizz ftit hemm inċentivi biex dak li jkun jibqa’ pulizija. Min jidħol Pulizija llum il-mentalità hi totalment differrenti. Illum qed jagħżlu li jkomplu l-istudju. Dawn imbagaħd iġibu l-kwalifiki u qed  jirrininuzjaw għall-pensjoni. Jagħmlu dan għax jafu li l-pensjoni  li jieħdu wara l-25 sena tibqa’ ffriżata, mentri l-opportunitajiet fil-privat huma kbar. Il-pensjoni hi żewġ terzi tal-paga bażika. Jekk kuntistabbli jispiċċa bil-25 sena, ikollu pensjoni ta’ madwar €1,100  fix-xahar. Li qed jiġri hu li meta jara x-xogħol u l-ħlas fil-privat, qed isibu li jkun jaqblilhom jirrrinunzjaw għall-pensjoni u jaħdmu mas-settur privat.

Għaliex għandha tgħaddi sena bejn meta tapplika u meta effettivament issir Pulizija? 

“Nemmnu li hemm x’jista’ jsir biex din il-problema tiġi trattata. Nemmnu li l-mod kif issir is-sejħa tar-reklutaġġ hemm lok biex issir b’mod aħjar. Illum għandna sitwazzjoni fejn mill-mument li toħrog sejħa għall-applikazzjoni għall-Pulizija sa meta jasal il-mument li ssir pulizija tgħaddi xejn inqas minn sena. Ikollok ħafna żgħażagħ li jkunu jridu jibdew jaħdmu mill-ewwel. Ħafna minnhom mhux dejjem ikunu f’pożizzjoni li jistennew sena sakemm isiru Pulizija. Wieħed irid iżomm f’moħħu li qed nitkellmu fuq żgħażagħ għadhom ħerġin mill-iskola fejn dawn mhux dejjem kapaċi jistennew. Hemm ukoll il-probema li meta dawn  jidħlu bħala rekluti, dawn jibdew minn skala 18. Din tfisser li f’termini ta’ paga, din taqbeż bi ftit il-paga minima. Mhux kulħadd lest għal din it-tip ta’ paga.

Sport