“Il-General Workers’ Union kienet ħajti. Dħalt membru l-ewwel darba meta kelli 17-il sena u dejjem kont attiv fiha. Bdejt bħala shop steward, imxejt għal delegat, sa ma ġietni l-opportunita li nimxi pass ieħor ‘il quddiem u lħaqt Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni,” qal David Darmanin.
Żied jgħid li huwa jħossu sodisfatt għax-xogħol li wettqet it-Taqsima matul is-snin.
Huwa kien jemmen li l-għan tiegħu kien li jisma’ lill-membri u jaħdem biex it-talbiet realistiċi jkunu jistgħu jitwettqu.
“Hekk kif għal kull bidu hemm it-tmiem issa wasal iż-żmien tal-mistrieħ.
Nirringrazzja lid-delegati kollha, lill-amministrazzjoni tal-GWU u lis-Segretarji sħabi. Għalkemm se nispiċċa, qalbi tibqa’ hawn fejn trabbejt u kbirt, fejn tajt saħħti għal dak li nemmen fih, fejn sibt il-valuri veru tas-solidarjetà.”
Temm jgħid li l-ħidma tiegħu fi ħdan il-GWU kienet xi ħaġa sabiħa ħafna, Minkejja li kien hemm mumenti stressanti huwa jħoss sodisfazzjon kbir li mexxa din it-Taqsima għal dawn l-aħħar 11-il sena.



