Thursday, July 17, 2025

GĦALL-IMĦABBA TA’ PROSTITUTA

Aqra wkoll

L-Ewwel Ktieb –  “Min m’għandu l-ebda dnub …”

It-Tieni Ktieb   –  “… jitfgħalha l-ewwel ġebla”

Awtur:  Michael Cini

Pubblikatur:   Horizons

Din hija l-istorja ta’ tfajla li minn età żgħira, inqabdet fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni. Saħansitra ġiet imrawma minn ommha stess biex taħdem bħala skjava tas-sess għal kull min xtaq jinqeda biha, imbasta jkollu biex iħallas.

Imma l-ħolma ta’ Kimberly kienet dejjem li tkun bħal tfajliet oħrajn. Li tgħix ħajjitha kif xtaqet hi, u mhux kif jiddettalha dak l-arġużin bla skrupli li kien iħaddimha. Li ssib lil min iħobbha tassew sabiex bħal ħaddieħor, tkun tista’ tibni familja. U mhux li tibqa’ tiddependi fuq min jinqeda biha biss biex wara li jagħsar minnha kulma ried, iwarrabha u jarmiha.

Mhux ta’ b’xejn li dakinhar li jsibha ġuvni ġentili, mixħuta għal riħha mal-art taħt xita qliel wara xebgħa ħarta li kienet qalgħet f’nofs ta’ lejl, din urietu li xtaqet li tibqa’ miegħu għal dejjem ħalli tkun tiegħu biss. Għax għaliha, dan il-ġuvni ġentlom kien differenti minn irġiel oħrajn. Għaliha, dan kien il-ġuvni li seta’ jeħlisha mill-jasar li kienet destinata li tgħix fih. Permezz tiegħu setgħet tgħix il-ħolma ta’ ħajjitha. Wara kollox, hu kien għadu kif ħareġ minn relazzjoni soffokanti li ħallietu mifni, b’qalbu maqsuma, u ma jafx jekk kellux jibqa’ jgħix, jew le.  Għalhekk tista’ timmaġina kif lil din it-tfajla, minkejja li kienet għaxar snin iżgħar minnu, minnufih ħassha bħal balzmu sserraħlu l-feriti fondi u miftuħin li kellu f’qalbu.

Madanakollu min kien ilu jaħkimha, iħaddimha, jaħqarha u jgħakkisha ma kienx lest li jitlaqha minn taħt difrejh kif ġieb u laħaq. Gidja tarija bħal Kimberly kienet tqallgħu kemxa flus ġmielha u għalhekk, ma xtaqx li jitlifha minn taħt ħalqu. Tant hu hekk li d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom din it-tfajla u l-ġuvni tagħha kienu kbar. Speċjalment it-theddid qalil u saħansitra anki attentati perikolużi fuq ħajjithom li ħallewlhom konsegwenzi kbar.

Għalhekk biex lil Kimberly jipprova jsalvaha u jeħlisha darba għal dejjem mill-jasar u l-iskjavitù li kienet maqbuda fihom, dan il-ġuvni qalbieni li bħal Pilatu sab ruħu f’nofs il-Kredu, kellu bilfors jgħaddi minn saram u perikli kbar li saħansitra ġabuh ukoll … wiċċ imb wiċċ mal-mewt!

Għax b’hekk biss seta’ jipproteġi lilha u l-frott tal-imħabba tagħhom illi issa … kienet qiegħda ġġorr f’ġufha. 

Imma tgħid l-ajru, xi darba kien għad jibbnazza … għalihom it-tlieta?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport