Friday, November 15, 2024

Għalliema maqtula b’daqqiet ta’ sikkina minn student fi Franza

Aqra wkoll

Student ta’ 16-il sena allegatament ta daqqiet ta’ sikkina u qatel għalliema Spanjola fi skola fil-belt Franċiża ta’ Saint-Jean-de-Luz.

Il-Prosekutur Jerome Bourrier ikkonferma l-attakk mal-aġenzija tal-aħbarijiet AFP, bil-midja lokali tgħid li l-inċent seħħ fi klassi dalgħodu. 

L-awtoritajiet lokali kkonfermaw li l-pulizija tinsab fuq il-post filwaqt li l-istudent ġie arrestat. Qed ikun irrappurtat li l-għalliema kellha madwar 50 sena u mietet b’attakk tal-qalb xħin waslu fuq il-post is-servizzi ta’ emerġenza. 

Il-ġurnal Franċiż Sud Ouest qalet li l-aggressur daħal fil-klassi waqt li l-għalliema Spanjola kienet qiegħda tagħti lezzjoni u attakkaha. 

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Franċiż, Pap Ndiaye qal fi tweet li l-ħsibijiet tiegħu kienu mal-“familjari, kollegi u studenti” tal-għalliema. 

Il-midja lokali rrapportat li l-istudent seta’ kien qed isofri minn problemi ta’ saħħa mentali. Qalu li f’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-inċident seta’ kien relatat mat-terroriżmu.

Ekonomija

Sport