Monday, December 23, 2024

Għalliema minn Wales akkużata li kienet involuta f’attivitajiet sesswali ma’ student

Aqra wkoll

Rebecca Williams, tfajla ta’ 21 sena minn Criccieth, Wales, li kienet taħdem bħala għalliema, ġiet akkużata li ħadet sehem f’attivitajiet sesswali ma’ student f’żewġ okkażjonijiet separati. 

Il-Prosekutur Richard Edwards, qal li Williams kienet għaddiet għal student adolexxenti u ħaditu d-dar tagħha. Huwa kompla jgħid li l-akkużata u l-istudent qagħdu jaraw it-televixin, imbagħad sar l-att sesswali u għaddew il-lejl fid-dar tal-akkużata.

Williams imbagħad bdiet tikkomunika mal-istudent permezz ta’ messaġġi fuq il-mowbajl fejn talbitu sabiex jerġgħu jiltaqgħu bil-għan li jagħmlu att sesswali ieħor. Il-Qorti ġiet mgħarrfa li Williams riedet tidħol f’relazzjoni mal-istudent, però hu min-naħa tiegħu blokkja lil Williamsminn fuq il-mowbajl. 

Meta nstema’ l-każ il-Qorti, iktar kmieni llum, l-Imħallef Saffman akkużat lil Williams li kellha “relazzjoni intima miegħu”. Williams ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha u ngħatat sentenza sospiża ta’ 12-il xahar ħabs, multa ta’ £576 u isimha se jitniżżel fir-reġistru tal-pedofli għal 10 snin sħaħ.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Richard Edwards.

Ekonomija

Sport