Każ xokkanti li ħasat lill-Korea ta’ Fuq kollu kien meta għalliema qatlet studenta tagħha b’diversi daqqiet ta’ sikkina. L-istudenta kellha biss tmien snin.
Il-Pulizija tal-pajjiż tkellmu mal-għalliema li għandha madwar 40 sena u din ammettiet dak kollu li kienet wettqet.
It-tifla nstabet fit-tieni sular tal-iskola nhar it-Tnejn li għadda u kien evidenti li kienet fil-periklu ċar li titlef ħajjitha minħabba l-ammont kbir ta’ demm li tilfet.
Hija ttieħded l-Isptar, iżda minkejja kull tentattiv biex tiġi salvata, it-tifla ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
L-għalliema nstabet ħdejn it-tifla mimlija demm u anke kellha xi ġrieħi kważa ta’ daqqiet tas-sikkina. Iżda l-investigaturi qegħdin jgħidu li dawn id-daqqiet fuq l-għalliema għamiltihom hija stess.
Rapporti fil-midja tal-pajjiż qegħdin jgħidu li f’Diċembru tas-sena l-oħra l-għalliema kienet talbet sitt xhur leave mingħajr ħlas minħabba li kienet qalet li kellha dipressjoni.
Iżda tabib tal-iskola kien mar iżur lill-għalliema fejn iċċertifika li kienet tajba biex tmur lura għax-xogħol.
Qed jiġi rraportat li l-ġimgħa li għaddiet kienu saru xi rapporti minn kollegi tagħha fejn kienet vjolenti fil-konfront tagħhom. Jirriżulta li l-għalliema ma kinitx qiegħda tgħallem lit-tifla u s’issa mhux magħruf x’wassal biex qatlet lil din it-tifla ta’ tmien snin.