Saturday, December 28, 2024

Għalliema u LSEs tal-Kindergarten rakkomandati li jilbsu maskra u visor

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-ftuħ tal-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana sostniet li għalkemm ninsabu f’pożizzjoni li jitħabbru protokolli relatati, jeħtieġ li l-proċess ikun wieħed ibbażat fuq kawtela.

Il-Ministru sostniet li permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-entitajiet, pajjiżna jinsab f’pożizzjoni fejn għandna persentaġġ kbir ta’ persuni li huma mlaqqmin; minn hawn hemm l-edukaturi l-istaff fl-iskejjel li ħafna minnhom huma mlaqqmin.

Il-Ministru Justyne Caruana tħabbar il-protokolli aġġornati b’rabta mal-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida
Ritratt Alan Saliba

Id-distanza fiżika bejn is-sena disgħa ‘l fuq se tkun qiegħda tinżel għal metru u dan hekk kif ta’ dawn l-etajiet huma eleġibbli li jieħdu t-tilqima. Bis-saħħa tal-proċess tat-tilqim se jkunu qed isiru attivitajiet prattiċi bħalma huma dawk f’laboratorji, żieda f’edukazzjoni fiżika u jinfetħu wkoll it-tuckshops b’affarijiet li jkunu pakkjati minn qabel. Għalissa l-ġenituri mhux se jkunu qed jitħallew jidħlu għal attivitajiet fl-iskejjel, iżda dan jista’ jinbidel matul is-sena skolastika.

Il-Ministru Caruana saħqet li huwa rrakomandat li għalliema u LSEs tal-Kindergarten li xorta jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u għaldaqstant jibqgħu jilbsu kemm maskra kif ukoll visor. 

Hija ħabbret ukoll li għal darb’oħra l-assembly tal-iskola jistgħu jerġu jidħlu fis-seħħ ladarba tinżamm id-distanza soċjali u l-istudenti jibgħqu fil-bubbles. Apparti minn hekk, bħala parti minn esperjenza edukattiva ta’ benefiċċju għall-istudenti, huwa permess mill-ġdid li jtwaħħlu xi dekorazzjonijiet u tabelli edukattivi fil-klassi.

Ekonomija

Sport