Tuesday, May 14, 2024

”Għamel ġid kbir, għen ħafna nies u strumentali biex taffejna it-tensjoni bejn l-MUT u l-GWU”

John Bencini, eks trejdunjonista u eks President tal-MUT

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waħda mill-bibien li jiffurmaw il-bieb prinċipali tal-General Workers Union (GWU) magħluqa u b’ċoff iswed magħha. Kif tidħol tara ritratt ta’ Tony Zarb bi ktieb ħdejh għal firem u l-messaġġi ta’ kondoljanzi.  Ma’ dawn jispikka is-skiet. Skiet li anke minn mhux midħla tal-GWU seta’ jinduna li hemm arja ta’ dieqa. Fuq kollox kien jinħass in-nuqqas ta’ Tony Zarb, li propju sa ftit tal-ġimgħat kont issibu fl-Uffiċċju tal-pensjonanti jew ħdejn l-entratura.  Din kienet l-atmosfera matul din il-ġimgħa fil-bini tal-GWU. Ħaddiema minn kull settur deħlin wieħed wara l-ieħor jiffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi. Ħaddiem li kien ma’ Kalaxlokk, jirrimarka ma’ oħrajn, ‘imnalla kien hu għalina’. Anzjana imbikkma, tgħidlek kemm għenu personalment fil-problemi li kellha tiffaċċja. Ħaddiema tax-xatt ifakkru fil-ġlidiet li wettqu ma’ Tony Zarb. Magħhom ingħaqdu ħaddiema tat-tarznari u dawk tal-Air Malta.

Hekk kif ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima lil Tony Zarb, trejdunjonista li mexxa l-GWU għal 17-il sena, Talk.mt tkellmet mal-eks trejdunjonista John Benċini, li mexxa għal għadd ta’ snin l-Unjin tal-Għalliema (MUT) dwar il-legat ta’ Tony Zarb. 

John Benċini, jgħidilna ċar u tond li “Tony għamel ħafna ġid. Il-ġid m’għamlux lil membri tal-unjin biss imma lil ħafna nies oħra. Jekk ikolli ngħid xi ħaġa dwaru u li naħseb li għandha tagħmel il-ġid hi dik li hu u jien ħdimna biex spiċċat it-tensjoni li kien hemm fil-passat bejn l-MUT u l-GWU.”

L-eks trejdunjonista John Benċini jgħidilna li “jien lil Tony Zarb sirt nafu  kemm domt inmexxi l-MUT.  Fil-bidu ma kontx nafu, peroò  nista’ ngħid li hu u jien, fuq inizjttiva tagħna it-tnejn  ħdimna u għamilna laqgħa biex taffejna bil-kbir u rranġajna it-tensjoni bejn l-MUT u l-GWU.”

John Benċini jgħid ukoll li “niftakar li konna iltqajna u għamilna laqgħa bejnietna.  Kont stedint lill-unions kollha biex jiġu l-kwartieri tal-MUT u nagħmlu xi ħaġa flimkien bħala unjins Maltin. L-idea kienet li naħdmu aktar flimkien u fl-ewwel ta’ Mejju norganizzaw xi ħaġa flimkien. Tony Zarb kien ġie u ta l-kontribut pożittiv tiegħu.”

Jisħaq li  “sirt nafu sew meta kien ikolli ħafna xogħol barra  Malta,  fi Brussels.  Hemm hemm hekk sirtt naf x’tip ta’ bniedem hu.  Forsi dak li jkun meta jarah minn barra u jisimgħu jitkellem jieħu impressjoni imma meta tarah wiċċ imb wiċċ tara kemm kien bniedem umli, twajjeb u altruwista. Bniedem li jiġbdek bil-karattru ħelu.  Ngħid li mhux ġid kbir lil unjin biss għamel. Għen lil ħafna nies kemm jekk membri tal-GWU u anke jekk ma kinux.”

John Benċini ikompli jgħid li “meta kont nidħol il-Belt nhar ta’ Ġimgħa kont ngħaddi narah il-GWU. Jumejn qabel ma ħalliena ċempilli d-dar.  Jien ma ċempiltlux għax ħassejt li mhux prudenza. Għandi memorji sbieħ tiegħu. Fl-aħħar telefonata li kellna kien mimli kuraġġ u kien qed jaħseb li se jirkupra u se jiġi lura Malta. Fl-aħħar telefonata li kellna staqsieni kif jien u jien għedtlu  inti għidli kif int. Id-destin ried mod ieħor”.

Sport