Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Meta kelli xi 12-il sena, iddeċidejt li mmur nittrenja ma’ sħabi u nipprova l-futbol.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Xewkija Tigers FC, fejn int ukoll il-captain, u fejn għadek kemm ġeddidt il-kuntratt tiegħek.
Jien inħossni kburi li għal dawn l-aħħar snin kelli l-unur li nkun il-captain tat-tim ta’ raħli. Nipprova dejjem nagħti il-100% tiegħi u nagħti xi pariri mill-esperjenza tiegħi lil dawk il-plejers żgħażagħ li għadom telgħin!
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?
L-istaġun li għadda naħseb li kellna tim tajjeb u magħqud peró ma konniex daqshekk fortunati!
Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?
Għamilna ċerti akkwisti fejn kellna bzonn biex insaħħu t-tim … issa nagħmlu moħħna hemm biex nikkompetu għal kull Tazza li hemm!
Kif tqis il-livell tal-futbol Għawdxi fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is snin?
Minn meta bdejt nilgħab jien sal-lum tara kambjament anke fil-livell ta’ plejers għax hawn aktar faċilitajiet li jgħinu lill-individwu jissaħħaħ u jitgħallem.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Issa, wasalt fl-aħħar snin tal-karriera tiegħi … nixtieq li jkunu snin ta’ suċċess!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-futbol għalkemm huwa passatemp imma trid tkun iddedikat u ddeterminat li tasal u ma taqtax qalbek!