Tuesday, December 24, 2024

“Għamilna d-differenza fl-Oppożizzjoni aħseb u ara la nkunu fil-Gvern”

Il-Kap tal-PN Bernard Grech dwar il-ħatra tal-President il-ġdid Myriam Spiteri Debono

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien fuq il-Foss tal-Imdina fejn kompla jagħti xenarju ta’ ġenna fuq l-art ladarba u jekk il-Partit Nazzjonalista jitla’ fil-Gvern. Dan billi saħaq li għamel differenza fl-Oppożizzjoni meta kkollabora mal-Gvern Laburista fl-għażla tal-President il-ġdid, Myriam Spiter Debono.

Grech qal li l-Ħamis li għadda, f’pajjiżna, kellna ġurnata oħra storika li fiha Myriam Spiteri Debono saret il-11-il President ta’ Malta u stedinha biex timxi fuq id-diskorsi li għamlet s’issa. “Wasalna hawn għax konna bil-għaqal u għax għarafna nimxu fl-interess tal-poplu. Kien proprju ftit snin ilu li l-PN m’aċċettax li jiftiehem fuq emendi jekk il-PL jekk ma jaċċettax li l-President ta’ Malta jintagħżel fuq ftehim ta’ żewġ terzi tal-kamra tal-Parlament. Dakinhar il-PN akkwista l-għodda li flok l-Oppożizzjoni tkun spettatur, l-Oppożizzjoni f’kull żmien, tkun parti importanti minn dik l-għażla. Tmien xhur ilu bdejt ninsisti biex jibdew id-diskussjonijiet fejn għamilt dikjarazzjonijiet u pressjoni biex fl-aħħar ġimgħat bdejna niddiskutu. Dawn kienu diskussjonijiet kordjali u tabjin,” ammetta l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Filwaqt ddeskriva lil Myriam Spiteri Debono bħala persuna ta’ integrità, awgura li tkompli l-ħidma tal-PN u stieden lill-partitarji biex ikomplu jemmnu għax fi kliemu, “għamilna d-differenza fl-Oppożizzjoni aħseb u ara meta nkun fil-Gvern”.

Grech insista li biex jaslu, b’referenza li jitilgħu fil-Gvern, il-PN irid ikompli jaħdem, jagħmel iżjed u jikkonvinċi lin-nies li għandhom pjan. Hawn reġa’ semma’ l-qtugħ fil-provvista tad-dawl is-sena l-oħra u bħal dejjem, ħareġ jikkritika inizjattiva tal-Gvern, inizjattiva fil-verità tabja li se tkompli ssaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku f’pajiżna.

Huwa saħaq li l-PN neda l-pjan tiegħu fir-rigward tliet snin ilu għat-tieni interconnector. “Konna għidna li rridu ninvestu għal stabbiltà fis-servizz u nsaħħu d-distribuzzjoni għax meta f’żona tiżied il-popolazzjoni hija ħaġa loġika li jkollok bżonn aktar elettriku. Trid taħseb u tippjana,” kompla l-Kap tal-PN.

Min-naħa tiegħu Grech irribatta li l-PN minn dejjem ra bil-quddiem, ippjana u ħaseb għal dak li llum huwa neċessità imma, fuq nota oħra negattiva, żied li, “imma t-triq ‘il quddiem hija triq għat-telgħa għax aħna qegħdin niġġieldu against all odds. Iżda dan ma jfissirx li għandna naqtgħu qalbna. Anzi, għandna nimtlew b’kuraġġ u nkomplu naħdmu u nemmnu. Se nibqgħu nemmnu għax Malta u Għawdex għandhom bżonna”.

Ekonomija

1 kumment

  1. Kif qatt nista nafda kap ta partit li jemmen li jista jmexxi lill Malta.Meta dan il kap la jhallas taxxa u anqas bolla.Ahseb w ara jekk imexxi lill Malta xse jaghmel.

Comments are closed.

Sport