Tuesday, August 19, 2025

“Għandek l-Unjoni Ewropea li qed tagħmel pressjoni u eventwalment il-gvern se jkolli jċedi”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nistaqsuh li kwistjoni li tqum minn żmien għal żmien hi l-kwistjoni tas-sussidji fuq l-enerġija. Suġġett li donnkom taħarbuh. Huma sussidji li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tagħmel pressjoni biex jitneħħew. Bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern, x’se tkun il-pożizzjoni tagħkom fuqhom?

Dr. Adrian Delia għal din il-mistoqsija qalilna li “l-ewwel ħaġa illum il-ġurnata qabel tittieħed deċiżjoni biex inti tneħħi għajnuna li tkun ta’ sostenn għal eluf ta’ familji, l-affarijiet trid tarahom u tistudjahom sew. 

Għandek l-Unjoni Ewropea li qed tagħmel pressjoni u eventwalment il-gvern se jkolli jċedi. Għax jekk inti tkun qed tikser jew taqbeż il-limiti tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea  din tieħu passi kontrik. Minn issa irridu naraw x’inhi l-problema bażika.

Jekk tgħidli se taqbad u tneħħihom jien ngħidlek assolutament le għax qed jgħinu lil ħafna Maltin.  Però inti il-ġenerazzjoni tal-enerġija kif tiġi maħluqa u kif tasal għand in-nies hemm għandek il-problema fil-bażi kif trid issolviha. Mela minnufih irridu nibdew naħsbu kif se nraħħsu il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija ħalli minflok ikollna nraħħsuha tkun irħisa. Minfok nissussidjawh tkun diġa f’livell li jiflaħ għaliha kulħadd”

Allura qed nifhmu sew li sussidji għandhom jispiċċaw?

Iwieġeb li “fuq is-sussidji, l-Unjoni Ewropea mhux se tkun qed tippermettihom u allura rridu naħsbu qabel ħalli x’ħin jispiċċaw is-sussidji, il-prezzijiet għall-konsumaturi ma jogħlewx. Jekk illum għandi kont ta’ €100 jew €200 fix-xahar jew kull xahrejn,  dak m’għandux jogħla mhux billi l-gvern jibqa’ jissussidja imma billi tiġi irħas l-ispiża ta’ dik l-enerġija.”

Infakkruh kif f’Mejju tas-sena 2018 hu kien qal li fis-sena 2017, 20 fil-mija tat-trabi li twieldu  f’Malta kienu minn ommijiet barranin.  F’Awwissu tas-sena 2020 kont għedt li f’pajjiżna qegħdin jinħolqu ghettos. Għidt li hemm partijiet minn lokalitajiet li inħatfu mill-barranin. Kont għidt f’Ottubru 2019 li dan qed iwassal għall-kriminaltià.  Din ma tarahiex li tagħt lok għal xenofobija?

Id-Deputat Nazzjonalista, Adrian Delia għal din id-domanda iddikjara li  “assolutament le. Ħa ntik l-ewwel eżempju ta’ x’kont għidt. Jien kont għidt li kieku kellna inġibu nofs il-Maltin mill-Awstralja biss, dik ukoll,  il-piż ta’ dak in-numru kbir ma nifilħux għalih għax Malta hi żgħria.

Id-densità ta’ kemm hemm nies jgħixu f’kull kilometru kwadru f’Malta hi l-ikbar b’mod assolut fl-Ewropa. It-tieni l-ikbar fl-Ewropa f’dik li hi densità ta’ nies l-Olanda hemm 450 ruħ jgħixu f’kull kilometru kwadru. F’Malta  hawn 1,600. Dan ifisser erba’ darbiet aktar mit-tieni l-aktar pajjiż li għandu nies kull kilometru kwadru. Il-Finlandja għandhom art kbira u ftit nies u għandhom 9 jew 11 fi-mija ta’ densità. Allura biex inkabbar l-mudell ekonomiku x’nagħmel nimporta aktar nies?

Inti  tkun xenofobiku jekk titkellem fuq razza, fuq kultura, fuq twemmin, xejn minn dan għax jien qed nitkellem fuq numri. F’din il-kamra qegħdin ħamsa minn nies u qegħdin komdi.  Jekk inkunu għaxra niġu ftit issikkati. Inkunu ħamsin jew mija niġu mgħaffġin, frustrati, imdejqin. Fi 12 il sena il-popolazzjoni żdiedet b’140,000 persuna,  żieda ta’ aktar minn 28 fil-mija. Aħna konna diġa b’popolazzjoni densa, jiġifieri ħafna fuq art żgħira u issa ġejna litteralment fil-limitu. 

Qed inżidu bejn 50 u 60 karozza fit-toroq kuljum u hemm problema ta’ traffiku kbira, jekk għandna l-bajjiet u qed ifur id-drenaġġ u ma tistax tgħum, dan hu frott li hawn ħafna nies u turiżmu li qed jiżdied kull sena mingħajr ma hemm pjan. Jekk inti għandek it-toroq, li t-trasport pubbliku hu b’xejn u  qegħidn jużawh il-barranin biss. Jekk inti għandek l-enerġija li qed tipprova tlaħħaq u popolazzjoni dejjem tizdied, l-istess skejjel u l-isptarijiet. Il-piż li hemm fuq kliniċi u sptarijiet u jien naqbel li ma nistgħux nibqgħu inżidu l-popolazzjoni mhux għax jien b’xi mod razzist jew xenofobiku jew kull aġġettiv li trid imma għax Malta ma tiflaħx aktar.”

Il-kwistjoni tal-immigranti li jiġu bid-dgħajjes. X’inhi l-pożizzjoni tiegħek dwarhom?

Għal din id-domanda, Dr Delia jgħid  li “dik il-problema llum il-ġurnata naħseb li sfumat metą tqabbilha mal-problema l-oħra, ma dawk li jiġu bl-ajruplan. X’inhi d-differenza?  Dawk li jiġu bid-dgħajjes jew jippruvaw jiġu id-dgħajjes għax irridu nkunu sensittivi ħafna għal dawk li jaħarbu mill-gwerer u pajjiżi ta’ persekuzzjoni u l-vjaġġ tagħhom ma jtemmuhx jgħerqu, dak mhux sew. 

Imma mbagħad min m’għandux kollox fl-ordni  biex ikun f’pajjiżna, illegali, dak ma jistax jibqa’ f’pajjiżna. U hemm sistemi ta’ kif dan tikkontrollah. Imma llum din il-problema tant indifnet  mill-eluf fuq eluf li jiġu kull sena bl-ajruplan għax iħallsu l-eluf biex iġibuhom hawn u mbagħad jaħdmu biċ-cheap labour. Kemm jiġu bid-dgħajjes u jibqgħu hawn? Ftit mijiet. Jiġu 50,000 persuna fis-sena bl-ajruplan, iħallsu €6,000, €8000, jiġifieri ġew legalment.  50,000 persuna  li minnhom jitilqu lura xi 30,000 u allura jibqa’ 20,000 ġo pajjiżna.”

Staqsejnieh dwar il-mewt fl-aħħar jiem ta’ ħaddiem barrani li kien jaħdem bħala xufier  Ma esprimejtux ruħkom fuqha, għalkemm inti tkellimt wara li tkellmu Doctors for Road Safety. Rajt ukoll li fid-diskorsi tagħkom ftit li xejn tkellimtu dwar il-ħaddiema barranin. Din naraha tagħti sinjal. Sinjal li qisu ma jinteressawkomx.  X’inhi r-raguni li qed tkunu indifferenti lejn dawn il-ħaddiema?

Għal din id-domand, il-kontestant Adrian Delia jgħid li “le m’aħniex indifferenti lejhom. Grazzi kont korrett għax jien tkellimt kif għidt. Jien ma nagħmilx differenza bejn inċident ta’ wieħed Malti, Taljan, Franċiż, Pakistani. Dan uman. Dan bniedem. Il-problema mhux in-nazzjonalità tal-vittma, imma il-ġenn li hawn fit-toroq. Tfalijiet isuqu bla liċenzja.

Road rage l-ħin kollu. Frustrazzjoni kbira. Jinżlu għal xulxin minn bix-xwabel. Kellna inċident tat-traffiku żgħir, ħareġ għalih u qatel. Inżerta ħabib tiegħi. Qatlu kiesaħ u biered.  Mhux se noqgħod ngħid għax dak Malti jew barrani. Il-problema hi li qed nitilfu l-boxxla morali, is-sens ta’ dicenza, il-kejl. Tlielaq. F’Ħaż-Żebbug fil-weekend. Tisma’ fil-bypass għaddejjin itellqu.

Tisma’ l-ħoss tal-karozzi itellqu. Kien hemm inċident fit-triq tar-Rabat. BMW u Mercedes qed itellqu, qalbu bulldozer – tractor, inzerta ħabib tiegħi ukoll. Irridu ftit aktar sens ta’ kontroll u diċenza. Ta’ x’inhu normali U d-droga mhix parti minn din il-problema? Droga kullimkien, kullimkien. Mhux se noqgħod ngħid gvern. Problema ta’ droga hi problema nazzjonali. U rridu niġġildulha u mhux noqogħdu naraw il-liġi hix tajba, fejn inqas u fejn iktar. Għandna problema  li qed tifni liż-żgħażagħ tagħna. Ejjew naħdmu flimkien biex insolvuha.”

Tkellimtu u għamiltu ħafna dikjarazzjoni. Dak li qiegħed jiġri f’Gaza, dak li għaddej minnu l-poplu Palestinjan, ħallejtuh fil-ġenb. X’taħsbu fuq is-sitwazzjoni?  Tikkundannaw lil Iżrael għal dak li qiegħed jitwettaq?

Jiddikjara li “nirringrazzja lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Ian borg u nsellimlu għall-ħidma ta’ fejda kbira  li qed iwettaq. Jien kont  wieħed minn tal-ewwel li għamilt kundanna ċara u dikjarazzjoni li diffiċli ma tifhimiex, ġenoċidju għidt jien. Dan hu ġenocidju. Dan hu Stat li mhux ma jirrikonoxxix Stat ieħor imma qed jipprova jeqred. Il-gwerrer ħżiena dejjem, u li tattakka ħażin dejjem. Imma tfal nisa, skejjel sptarjiet, totalment inaċċettabbli.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport