Saturday, December 21, 2024

“Għandha tikber l-ekonomija… Imma magħha għandu jikber kulħadd”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, Bernard Grech, tella’ l-ewwel attività politika tiegħu fiż-Żurrieq fejn sostna li fil-ħames distrett hemm nies li jbatu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum u li hemm bżonn naraw kemm hija importanti l-ħidma tal-id. Huwa qal li l-Gvern li warrab lill-ħaddiem, mentri huwa jrid li jgħin biex l-investiment jikber, tikber l-ekonomija u magħha jikber kulħadd.

“Ma ninsewx li dan il-pajjiż inbena fuq dahar il-ħaddiem. Jien kommess li lill-ħaddiem nagħtuh tassew dak li jixraqlu. Din huwa l-ewwel darba li Kap tal-PN se jikkontesta fuq il-Ħames Disrett u għażilt li nagħmel dan għax irid inkompli nuri kemm il-PN jemmen fid-distretti tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta u jemmen fil-ħaddiem. Dan biex flimkien nerġgħu nibnu u nsaħħu lill-pajjiż,” qal Grech.

Huwa semma liż-żewġ deputati fuq dan id-distrett – Toni Bezzina u Herman Sciavone li fejn qal li huma deputati “denji“. Huwa qal li l-PN huwa partit ħaj anke f’disrett li m’huwiex b’saħħtu u li dejjem isib kandidati denji. “Qegħdin infittxu, insibu u jiġru warajna aktar kandidati friski u dan partikolarment żgħażagħ, biex inkunu alternattiva denja għalikom,” kompla l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Grech faħħar is-sbuħija taż-Żurrieq iżda qal li Malta imtliet bilbini. Sostna li mhux biss għandna niżviluppaw lil pajjiżna u li jkollna ekonomija aktar b’saħħitha, imma għandna d-dmir morali u personali li naraw li l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jkollhom kemm pajjiż b’saħħtu, kif ukoll pajjiż sabiħ. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jifhem li hemm bżonn bilanċ u żvilupp, imma talab għal żvilupp sostenibbli, tajjeb u sabiħ.

Fl-intervent tiegħu Grech qal li l-pandemija tal-Covid-19 laqtitna lkoll, kif ukoll lill-pajjiżi kollha ta’ madwar id-dinja u li dan, “mingħajr ma kien tort ta’ ebda gvern jew politiku. Il-Prim Ministru però, kellu jimxi b’mod aktar għaqli meta kien mingħalih li kien għadda kollox u li l-kbir għadda”. 

Filwaqt li kkritika l-pass tal-Gvern li jiftaħ mill-ġdid f’Lulju li għadda, Grech qal li huwa kieku kien jimxi b’mod differenti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li kieku huwa kien jgħid il-verità lin-nies fejn, “in-numri tbaxxew tant li kważi wasalna biex ma jkollniex każijiet ġodda. Hemm bżonn li noħorġu u nsaħħu lill-ekonomija, imma għandna nkunu responsabbli ħalli nieħdu ħsieb saħħet lill-poplu”. 

Huwa qal li wasal iż-żmien li l-politiku jgħid l-affarrijiet kif inhuma u li jifhem li dak li jgħid huwa, jista’ jaffettwa ħażin lin-nies. Grech sostna li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 mhix ikkontrollata u li hemm persuni fil-qasam tas-saħħa qalulu li jekk se nibqgħu sejrin b’dan ir-rittmu, is-sistema tas-saħħa se tikkollassa. 

Bernard Grech qal lintalab lil Charmaine Gauci biex isir aktar għall-anzjani għax “hemm eluf li ilhom maqtugħin ix-xhur, ‘il bogħod mill-għeżież tagħhom. Aħna għandna r-responsabbiltà li nitkellmu. Is-solitudni hija kiefra. Mhux biss huma anzjani u għandhom il-mard li ġġib magħha l-anzjanità, imma m’humiex jaraw lill-għeżież tagħhom għax maqgħluqin,” kompla l-Kap tal-PN.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar il-memorja ta’ Renald Falzon, Sindku ta’ Ħal Qormi u tilef il-battalja għal ħajtu din il-ġimgħa u wara fakkar li Roberta Metsola laħqet Vici President tal-Parlament Ewropew fejn saħaq li l-PN dejjem emmen fil-kapaċitajiet u l-ħiliet tal-Maltin, speċjalment tan-nisa.

Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni qali li jrid partit żgħażugħ fl-ideat, fis-soluzzjonjiet u fl-attitudni; li jkun mimli bl-enerġija u preżenti kullimkien. 

Ekonomija

Sport