Wednesday, December 25, 2024

“Għandhom jittieħdu passi kontra min jagħmel allegazzjonijiet foloz” – Il-POU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Omm iż-żagħżugħ li aktar kmieni din il-ġimgħa allegat li binha kien safa msawwat minn uffiċjali tal-Pulizija minħabba li ma kienx liebes maskra qiegħda titlob apoloġija.

Fl-aħħar sigħat Simone Camilleri kitbet titlob apoloġija lill-Korp tal-Pulizija minħabba li skont l-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-verżjoni tagħha kienet differenti mir-realtà u għalhekk ħasset li kellha tagħmel apoloġija pubblika.

F’kumment fuq il-midja soċjali akkumpanjat b’ritratt it-Tnejn li għadda, Simone Camilleri qalet li uffiċjali tal-pulizija stazzonati Paceville l-Ħadd tefgħu lil binha mal-art, u anke allegat li wara li daħħluh f’vann użaw il-vjolenza għax ma kienx liebes maskra.

Il-POU fi stqarrija maħruġa minnha qalet li għalkemm li wieħed jitlob skuża huwa tajjeb, ma tfissirx li dak li jgħaddu minnu il-Pulizija involuti jintesa. Meta tkun investigat l-uffiċjal jgħaddi minn esperjenza xejn pjaċevoli u jikkaġuna stress żejjed fuq l-individwu. Filwaqt li wriet solidarjetà ma dawn l-uffiċjali, il-POU kellha kliem ta’ tifħir għall-investigaturi li għamlu l-investigazzjoni tagħhom u ħarġet il-verità. Il-Police Officers Union qalet li għandhom jittieħdu passi kontra min jagħmel allegazzjonijiet foloz. Il-Police Officers Union temmet tfakkar li hi qiegħda hemm għall-membri tagħna għal kull għajnuna possibbli li membru jista’ jingħata.

Ekonomija

Sport