Sunday, December 22, 2024

“Għandhom jiżdiedu l-magni u tonqos l-istennija biex jitbattlu”

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Xellugija Żminijietna qalet li ċifri uffiċjali juri li fl-2023 inġabru madwar 204 miljun kontenitur tax-xorb permezz tal-BCRS u ddeskriviet dan bħala pass pożittiv f’ekonomija ċirkolari u għall-ambjent.

Żminijietna żiedet tgħid li tistenna li l-BCRS turi strateġikament lill-pubbliku kif tista’ ittejjeb is-sistema operattiva tagħha. Saħqet li f’ħajja mgħaġġla u impenjattiva, n-nies jitolbu effiċjenza, speċjalment meta huma stess qed jikkontribwixxu għat-titjib fl-ambjent.

Skont l-istess organizzazzjoni, il-kumpanija għandha tesplora l-possibbiltà li tintroduċi numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fuq il-post biex tittaffa l-problema ta’ ħela ta’ ħin ta’ stennija biex xi ħadd jiġi jbattal il-magni filwaqt li tenniet dwar il-ħtieġa ta’ aktar magni.

Ekonomija

Sport