Saturday, November 23, 2024

“Għandi l-privileġġ li nservikom u hekk se nibqa’ nagħmel” – Il-Professur Charmaine Gauci

Aqra wkoll

Aktar kmieni bdew jinxterdu xnigħat li l-Professur Charmaine Gauci kienet irreżenjat minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u r-rilaxx ta’ ċertu miżuri f’dan il-perjodu tant delikat.

Dawn ix-xnigħat kienu miċħuda kemm mill-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll mill-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-ħin wara.

Intant Charmaine Gauci ma naqsitx milli tgħid l-opinjoni tagħha u bdiet biex tgħid li l-professjoni medika mnebbħa minn vokazzjoni li tirrikjedi sagrifiċċji, dedikazzjoni u mħabba lejn dak li tkun qed tagħmel.

Gauci kompliet tgħid li ninsabu f’salib it-toroq u li hi se tibqa’ sservi fir-rwol importanti b’responsabbilità u lealtà sħiħa.

Hija żiedet tgħid li l-għajdut li hi kienet irriżenjat jew li kienet se tirreżenja huma “invenzjoni totali”. 

Finalment hija semmiet il-koperazzjoni u l-apprezzament tal-pubbliku li f’dan iż-żmien tant diffiċli kienu kruċjali biex il-professjonisti setgħu jkomplu din il-ħidma bl-aħjar mod. 

Sport