Saturday, December 21, 2024

“Għandi xorti li għadni ħaj … rajtu ġej lejja b’veloċità qawwija”

Aqra wkoll

“Għandi xorti li għadni ħaj.” Hekk sostna fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook wieħed mis-sewwieqa li lbieraħ skapulaw trakk li beda jsuq b’mod perikoluż fil-Mellieħa.

Gordon Pace Bonello kiteb li ra t-trakk ġej lejh b’veloċità qawwija, u biex jevitah irnexxielu jaqsam fuq il-karreġġjata opposta tat-triq. “Kienet deċiżjoni ta’ malajr dik li kelli nagħmel. Jew hekk, inkella bla dubju kont immut fuq il-post,” kompla Bonello.

Intant f’kummenti li segwew, bosta kienu dawk li qablu miegħu dwar id-deċiżjoni spontanja li salvatlu ħajtu u qablu miegħu li minkejja x-xokk kbir li sofra, li baqa’ ħaj hija grazzja kbira minn Alla.

Ekonomija

Sport