Thursday, December 19, 2024

“Għandi z-zokkor u l-pressjoni għolja … ma nistax ngħix hawn fit-tul”

Aqra wkoll

Anzjana li tgħix f’bunker, fl-Ukrajna

Il-ġurnalista Catherine Byaruhanga żaret id-distrett ta’ Kulbakino — viċin il-belt ta’ Mykolaiv, fejn iltaqgħet ma’ erba’ anzjani li jgħixu f’bunker. Waqt il-ġbid tal-filmat, hija rrakkuntat li dan l-istess bunker fil-bidu tal-gwerra Russo-Ukrajna laqa’ fih ’il fuq minn 20 familja; issa fadal biss erba’ nisa — Anastasia, Ludmilla, Nina u Galina. 

Il-belt ta’ Mykolaiv kienet waħda mill-ewwel postijiet li ġiet attakkata mill-forzi Russi fi Frar li għadda. L-intensità fl-ibbumbardjar ta’ din il-belt wasslet sabiex għadd ta’ residenti jitilqu u jsibu refuġju xi mkien iktar sikur. Madanakollu mhux kulħadd seta’ jagħmel dan; l-anzjani kienu l-iktar nies li sabuha diffiċli.

Galina — waħda minn dawn l-erba’ nisa — irrakkuntat li minħabba li għandha l-pressjoni għolja u z-zokkor, hija ma tistax tibqa’ tgħix hemm għal żmien twil. Fil-filmat, din il-mara turi bott bil-pilloli fejn jintqal li fadlilha biss għal dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin.

Il-ħajja għal dawn l-anzjani li jgħixu fil-bunker mhix waħda faċli, hekk kif ikollhom iqattgħu l-parti l-kbira tal-ġurnata magħluqin ġo dan il-bunker fid-dlam minħabba li ta’ spiss jisimgħu l-air raids. Il-ħarġa tagħhom mill-bunker tkun biss sabiex isibu xi ftit ilma u ikel.

Ekonomija

Sport