Il-Ministru għalaq id-diskors tiegħu b’rabta mal-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni bi stedina ta’ kontra mozzjoni biex din tivvota favur din l-opportunità li tneħħi l-istigma tan-nies. Huwa qal li l-gvern huwa fuq in-naħa taċ-ċittadini.
“Għandkom l-opportunità li tidhru fuq in-naħa taċ-ċittadini, mhux fuq it-teorija jew fuq in-naħa tal-avukati jittajpjaw fl-uffiċċju, dawk jarawh huma. Aħna fuq in-naħa taċ-ċittadini”, kompla l-Ministru.
Huwa appella lill-Oppożizzjoni biex tirtira l-mozzjoni u tingħaqad mal-gvern favur l-inklużjoni u r-rijabilitazzjoni ta’ nies li jingħataw dan it-tieni ċans.