Friday, July 19, 2024

GĦANDNA NIPPROTEĠU DAK LI JAGĦMILNA MALTIN

Aqra wkoll

L-istaġun tal-festi issa beda jirranka sew u minkejja s-sħana qawwija li qiegħda tkompli tippersisti fuq il-gżejjer Maltin, dan xejn mhu jaqta qalb id-dilettanti li qed jaħdmu qatigħ sabiex fl-ibliet u l-irħula tagħna tkun iċċelebrata kif jixraq il-festa li fiha jonoraw lill-qaddis jew qaddisa tal-lokalità tagħhom. 

In-nies għadhom ukoll iqisu l-festi bħala l-aktar ħaġa importanti mill-kultura Maltija. Dan jidher ċar mhux biss mill-konkorrenza qawwija li qed naraw minn festa għall-oħra imma anka mill-istudju tal-istatistiku Dr Vincent Marmarà dwar l-istat tan-nazzjon fejn jirriżulta li l-festi għadhom imfittxija sew mill-poplu Malti u Għawdxi. 

F’dan l-isfond, il-Gvern qiegħed jaħdem biex ikompli jħares u jippromwovi l-festa Maltija bħala ċelebrazzjoni komunitarja, li tippromwovi l-valuri artistiċi, l-inklużjoni u l-komunità. Dan l-impenn qed isarraf f’riżultati tanġibbli tant li fil-jiem li għaddew, tħabbar li telgħu għal 11 l-ammonti ta’ sede ta’ soċjetajiet mużikali li l-Gvern kkonkluda b’mod definittiv il-proċess ta’ xiri tagħhom.

Quddiem dan kollu, ma nistgħux ma nsemmmux li taħt amministrazzjoni Laburista, rajna bidla kbira fl-attitudni. Bidla li minn sitwazzjoni fejn il-festi kienu jiddependu kważi għal kollox fuq il-ħidma sfieqa ta’ ħafna volontiera u fuq il-qalb tajba tal-benefatturi, ħafna minnhom politiċi, li kellhom interess dirett fil-lokalita’ li fiha l-festa tkun qed issir, illum għandna festi li qed jingħataw sostenn u appoġġ qawwi mill-Gvern.

Ma ninsewx ukoll li fi Frar ta’ din is-sena, tħabbret skema ta’ għajnuna finanzjara li tlaħħaq €700,000 li se jitqassmu lill-festi kollha ta’ Malta u Għawdex, somma li hi 45% ikbar milli tqassmu s-sena li għaddiet.  B’din l-iskema l-ġdida, kull festa tista’ tibbenefika minn massimu ta’ €18,000. Kif inhi mfassla l-iskema, kull soċjeta’ mużikali se jkollha dritt għal €8,000, kif ukoll €5,000 għal kamra tan-nar u €5,000 oħra għall-għaqda tal-armar.

Dawn l-għajnuniet finanzjarji kollha qatt ma konna nisimgħu bihom qabel. Qatt daqs illum ma kien hemm skemi apposta mill-gvern sabiex isostnu l-festi titulari u sekondarji fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin kollha.

Hawnhekk ma nistgħux ma nfaħħrux il-ħidm politika tal-Ministru responsabbli mill-kultura, Dr Owen Bonniċi, li malli ġew allokati l-fondi meħtieġa ra li titfassal skema bil-għan li ssaħħaħ il-festi Maltin, li wara kollox huma parti mill-wirt kulturali li ħallewlna missirietna.

Inkunu qed nonqsu jekk f’dan il-kuntest ma nsemmux żewġ inizjattivi importanti ħafna li saru f’dan l-aħħar żmien. L-ewwel, il-ħidma li twettqet mill-Ministeru mal-Għaqda Każini tal-Banda biex il-festa Maltija saret Wirt Intanġibbli Dinji tal-UNESCO, u t-tieni l-intervent tal-gvern biex jinxtraw każini ta’ diversi soċjetajiet mużikali li jinsabu f’riskju li jiġu żgumbrati. 

Dawn l-eżempji kollha huma xiehda ta’ kemm il-Gvern Laburista għandu għal qalbu l-kultura ta’ pajjiżna u lest li jieħu kull iniżjattiva biex isaħħaħ dak kollu li hu Malti, mhux l-inqas id-drawwiet u t-tradizzjonijiet li huma parti mill-identita tagħna bħala poplu Malti.

GĦANDNA NIPPROTEĠU DAK LI JAGĦMILNA MALTIN !

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport