Saturday, December 28, 2024

“Għandna niżirgħu l-imħabba fuq il-midja soċjali mhux fil-Milied biss” – L-Ispeaker

Aqra wkoll

Fil-messaġġ tiegħu għal żmien il-Milied, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li minkejja li hawn żieda fil-każi tal-Covid-19, huwa jinsab konvint li f’determinazzjoni u għaqda pajjiżna se jkompli miexi ’l quddiem.

Farrugia qal li dan kollu seta’ jkun possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni tal-poplu kollu mal-awtoritajiet Maltin. Farrugia fakkar li x-xogħol li kellu jsir fil-parlament baqa’ jsir u dak li kellu jsir sar biex pajjiżna kellu fost l-aqwa diskussjonijiet fuq livell Nazzjonali.

Sostna li dan huwa mument li filwaqt li nżommu l-Milied f’qalbna, il-mod ta’ kif nużaw il-midja soċjali, il-mod ta’ kif nikkomunikaw, minflok messaġġ ta’ għaqda u mħabba, naraw messaġġi ta’ mibegħda li ma twassal imkien.

Huwa qal li “ma tistax tirbaħ suġġett li inti temmen fih meta inti qiegħed tiżra’ l-mibegħda”, kompla Farrugia filwaqt li appella mill-ġdid biex il-midja soċjali tintuża biex niżirgħu l-għaqda, l-imħabba u l-paċi.

Ekonomija

Sport