Saturday, November 23, 2024

“Għandna nkunu kburin b’dan il-pajjiż u b’dak li konna kapaċi nwettqu tul il-medda tas-snin”

Aqra wkoll

Varata t-tieni edizzjoni tal-Istat tan-Nazzjon

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra tal-konferenza bl-isem tal-Istat tan-Nazzjon, din is-sena se tkun qed terġa’ ssir edizzjoni oħra bl-istess isem li se tkun qed issir nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju li ġej fil-Palazz tal-Verdala. 

Dan tħabbar waqt konferenza stampa li ġiet organizzata llum fis-Palazz ta’ San Anton indirizzata mill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella, il-konsulent strateġiku tal-komunikazzjoni Lou Bondi u l-istatistiku ewlieni f’pajjiżna Dr Vincent Marmara li ġew ikkummissjonati biex iwettqu studju soċjali u xjentifiku rispettivament biex jagħtu dettalji rigward l-istat ta’ pajjiżna fil-preżent f’termini soċjali u numeriċi. Dawn jinkludu t-twemmin f’Alla u r-reliġjon, l-immigrazzjoni, it-trasparenza u l-immigrazzjoni fost oħrajn.

L-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella stqarr li fil-preżent iħoss li s-soċjetà Maltija hija waħda b’saħħitha iżda żgur li għad hemm lok għal titjib f’ċerti setturi foshom l-ambejnt. Huwa qal li ma nistgħux niġġeneralizzaw imma jekk inqabblu l-livell tal-ħajja u s-sigurtà ekonomika li għandna f’pajjiżna fost oħrajn, dawn huma aħjar minn dawk f’pajjiżi oħra. Fi kliemu: “L-affarijiet għall-futur jidhru pożittivi. Huwa minnu li pajjiżna ġie affetwat mill-pandemija tal-Covid-19 li issa bil-mod il-mod ħerġin minnha u b’xi mod nistgħu nkunu affettwati mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, iżda m’għandniex naqtgħu qalbna.”

Huwa qal li din is-sena, l-edizzjoni tal-Istat tan-Nazzjon se tkun qed issir b’iktar ħeġġa mis-sena l-oħra minħabba li se tkun qed tkompi tibni fuq it-tagħrif li ħareġ minn dik tas-sena tal-oħra li kienet tassew suċċess minn kull lat. Fi kliemu: “L-istat mhux statiku iżda dejjem jevolvi.”

Il-messaġġ finali tiegħu kien dak li: “Għandna nkunu kburin b’dan il-pajjiż u b’dak li konna kapaċi inwettqu tul il-medda tas-snin. Ma nistgħux noqogħdu ngergru għal kull ħaġa ta’ xejn peró meta nqabblu t-tajjeb kollu li għandna ma’ xi affarijet negattivi, ir-riżultat aħħari ikun li għandna bosta benefiċċji. Irridu nħallu dinja aħjar għal uliedna speċjalment fl-ambjent fost oħrajn.”

Sport