Wednesday, July 24, 2024

GĦANDNA NKUNU KBURIN B’LI KAPAĊI NOFFRU

Aqra wkoll

Il-wirt kulturali ta’ pajjiżna, huwa kruċjali li nkomplu nieħdu ħsiebu u nindukrawh biex insaħħuh. Dan mhux biss għaliex jirrifletti dak kollu li l-gżejjer Maltin huma mogħnija bih u li ksibna matul is-snin imma għax fl-istess ħin jagħmilna uniċi u
distinti minn popli oħra.

Huwa proprju l-identità tagħna l-Maltin bħala poplu u bħala nazzjon. Għalhekk ilwirt tanġibbli li għandna, bħal mużewijiet, knejjes, tempji u patrimonju ieħor importanti, irridu naraw li jibqa’ jingħata l-attenzjoni li tixraqlu, kif u fejn ikun hemm bżonn.

Huwa proprju għalhekk li nifirħu kull meta jsir ir-restawr meħtieġ ta’ positjiet u
lokalitajiet storiċi. L-arti, il-kultura, id-drawwiet li huma magħġuna fi lsienna huma
l-pilastri ewlenin li jisiltuna minn ġnus oħra.

Huma wkoll essenzajlment l-ingredjenti li mal-milja tassnin sawruna bħala poplu. Huma wkoll fatturi ewlieni biex lil kull ċittadin Malti jagħmluh kburi b’pajjiżu u bl-istorja tiegħu. Bħala poplu sovran għandna storja rikka li tinfirex fuq millenja ta’
snin.

Pajjiżna, minkejja li għadda minn ħakma għall-oħra xi kultant kontra r-rieda tal-poplu, xorta waħda għandna għalxiex nikkuntentaw li dawn, ilkoll ħallew il-marka tagħhom fuqna bħala ġens. L-istorja talimgħoddi u dik tal-lum tixhed dan
kollu.

Huwa għalhekk li llum għandna nibżgħu għal dak kollu li huwa Malti għaliex huwa tagħna lkoll. La qegħdin nitkellmu fuq dan issuġġett, ma nistgħux inħallu għaddej is-suċċess kbir li kiseb il-Malta Biennale 2024 li ġie fi tmiemu flaħħar tax-xahar li għadda.

Bla dubju li l-Malta Biennale offra pjattaforma importanti għall-artisti u l-kuraturi Maltin u barranin biex jesprimu l-ħsibijiethom u dak li jħossu ġewwa fihom minn pġerspettiva artistika. F’din il-Biennale ħadu sehem mhux inqas minn 118-il artist minn35 pajjiż differenti, inkluż Malta.

Dan kollu jfisser li l-Biennale ma kienx biss opportunità għall-artisti Maltin
imma wkoll fetaħ tieqa oħra għal artisti minn madwar id-dinja. Naqblu ma’ dak li qalet l-Eċċellenza Tagħha, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, illi dawn
l-artisti rnexxielhom jinsġu mal-kultura u l-monumenti storiċi li għandna f’pajjiżna.

Ta’ min imsemmu kif fost ir-rebbieħa li kien hemm fil-Biennale, spikkat il-pittura ddedikata liżżagħżugħ Jean Paul Sofia, li tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni f’Diċembru tal-2022.

F’dan l-ambitu ma nistgħux ukoll ma nfaħħrux il-ħidma tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u diversi ħaddiema li bla dubju kien l-mutur biex f’pajjiżna seta jtella’ avveniment bħal dan ta’ portata internazzjonali.

Din nemmnu li ma kinitx kompetizzjoni ma’ pajjiżi oħra imma opportunità biex Malta, l-artisti Maltin u l-udjenza Maltija u jitħalltu ma barranija u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin. Dan ukoll fi sfond u b’konformita mal-vokazzjoni li Malta sservi ta’ pont għas-sliem u l-koperazzjoni bejn il-ġnus irrispettivament minn kull ġeneru, razza, twemmin jew kulur.

Ekonomija

Sport