Monday, September 23, 2024

“Għandna pjan biex lil dawk it-turisti li ġejjin fix-xhur barra s-sajf jkunu qed jieħdu somma flus biex jonfquha f’pajjiżna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli waqt li għalqet id-dibattitu fil-Parlament iddikjarat li “€44 miljun tajnihom lil Maltin u l-Għawdxin f’vawċer, lit-turisti imma għandna pjan biex lil dawk it-turisti li ġejjin fix-xhur barra s-sajf, se jkunu qed jieħdu somma flus biex jonfquha f’pajjiżna.”

Spjegat li “irrid mekkaniżmu ċar ta’ kif għandhom ikunu l-kriterji ta’ kif wieħed jingħata sponsor. Nifhem li jista’ jkun hemm xi ħadd li jagħmel ktieb jew festa f’raħal li jitolbu sponsor għax ikun jixtiequ li jiġu imwieżna. Ejja nagħmlu kriterji ċari ta’ kif jingħataw u hemm diġa direzzjoni ċara u draft avvanzata u din fi ftit ġimgħat oħra se tkun pubblika.”

Sport